Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0555

    Kawża T-555/08: Rikors ippreżentat fis- 16 ta' Diċembru 2008 — iPublish Ganske interactive Publishing vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' apparat ta' navigazzjoni)

    ĠU C 55, 7.3.2009, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/35


    Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2008 — iPublish Ganske interactive Publishing vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' apparat ta' navigazzjoni)

    (Kawża T-555/08)

    (2009/C 55/63)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: iPublish Ganske interactive Publishing GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Knies, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Ottubru 2008, fil-Każ R 709/2008-4, u

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta apparat ta' navigazzjoni bil-kuluri iswed u blu, ikkaratterizzata b'mod partikolari permezz ta' faxxa laterali blu, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39 u 42 (Applikazzjoni Nru 6 092 639).

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv mitlub.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L p. 1).


    Top