This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0417
Case T-417/08: Action brought on 29 September 2008 — SPA v Commission
Kawża T-417/08: Rikors ippreżentat fid- 29 ta' Settembru 2008 — SPA vs Il-Kummissjoni
Kawża T-417/08: Rikors ippreżentat fid- 29 ta' Settembru 2008 — SPA vs Il-Kummissjoni
ĠU C 313, 6.12.2008, p. 41–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 313/41 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — SPA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-417/08)
(2008/C 313/74)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sociedade Portugesa de Autores CRL (SPA) (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: M. Favart, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC); u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta' dan ir-rikors ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 230 KE, l-annaullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali tas-16 ta' Lulju 2008 (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE. B'mod partikolari, ir-rikorrenti tikkontesta l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata li tiddikjara li l-limiti territorjali tal-mandati reċiproki ta' rappreżentazzjoni mogħtija minn soċjetà ta' awturi lil soċjetà oħra jikkostitwixxu prattika miftiehma bi ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 ŻEE.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali mqajma mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk imqajma mir-rikorrenti fil-Kawża T-415/08, IMRO vs Il-Kummissjoni.