Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0395

    Kawża T-395/08: Rikors ippreżentat fit- 22 ta' Settembru 2008 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Forma ta' fenek taċ-ċikkulata)

    ĠU C 313, 6.12.2008, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 313/37


    Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (Forma ta' fenek taċ-ċikkulata)

    (Kawża T-395/08)

    (2008/C 313/68)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (Kilchberg, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: R. Lange, E. Schalast u G. Hild, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta' Lulju 2008 (Każ R 419/2008-4);

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali fil-forma ta' fenek taċ-ċikkulata għal prodotti fil-klassi 30 — Applikazzjoni Nru 3 664 372

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni miċħuda.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

    Motivi invokati: It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni mhijiex komuni, għandha funzjoni li tindika l-oriġini u għandha l-karattru distintiv meħtieġ.


    Top