EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0361

Kawża T-361/08: Rikors ippreżentat fis- 27 ta' Awwissu 2008 — Peek & Cloppenburg u van Graaf vs UASI — It-Tajlandja (Thai Silk)

ĠU C 301, 22.11.2008, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 301/42


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Awwissu 2008 — Peek & Cloppenburg u van Graaf vs UASI — It-Tajlandja (Thai Silk)

(Kawża T-361/08)

(2008/C 301/71)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg (Hamburg, il-Ġermanja) u van Graaf GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde u J. Pause, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: It-Tajlandja

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni R 1677/2007-4 tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta' Ġunju 2008, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: It-Tajlandja

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Thai Silk” irrappreżentata bil-kuluri “blu skur u abjad” għal prodotti fil-klassijiet 24 u 25 (Reġistrazzjoni Nru 4 099 297).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Rappreżentazzjoni ta' pagun bil-kuluri iswed u abjad għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Ċaħda tal-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 safejn teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti minħabba x-xebh fl-impressjoni ġenerali tagħhom.


Top