This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0306
Case T-306/08 P: Appeal brought on 1 August 2008 by Kurt-Wolfgang Braun-Neumann against the judgment of the Civil Service Tribunal delivered on 23 May 2008 in Case F-79/07, Braun-Neumann v Parliament
Kawża T-306/08 P: Appell ippreżentat fl- 1 ta' Awissu 2008 minn Kurt-Wolfgang u Braun-Neumann mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit- 23 ta' Mejju 2008 , fil-kawża F-79/07, Braun-Neumann vs Il-Parlament
Kawża T-306/08 P: Appell ippreżentat fl- 1 ta' Awissu 2008 minn Kurt-Wolfgang u Braun-Neumann mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit- 23 ta' Mejju 2008 , fil-kawża F-79/07, Braun-Neumann vs Il-Parlament
ĠU C 247, 27.9.2008, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 247/22 |
Appell ippreżentat fl-1 ta' Awissu 2008 minn Kurt-Wolfgang u Braun-Neumann mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-23 ta' Mejju 2008, fil-kawża F-79/07, Braun-Neumann vs Il-Parlament
(Kawża T-306/08 P)
(2008/C 247/43)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Kurt-Wolfgang Braun-Neumann (Lohr am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Ames, Rechtsanwalt)
Appellat: Il-Parlament Ewropew
Talbiet ta' l-appellant
— |
tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea tat-23 ta' Mejju 2008 fil-kawża F-79/07; |
— |
tiddeċiedi fuq il-mertu tal-kawża u tilqa' l-appell ta' l-appellant, u konsegwentament tikkundanna lill-Parlament iħallas, retroattivament mill-1 ta' Awwissu 2004, in-nofs l-ieħor tal-pensjoni tas-superstiti wara l-mewt tal-konjuġi Mandt, fl-ammont ta' EUR 1 670,84 fix-xahar bl-interessi skond ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-faċilità tas-self marġinali miżjuda bi 3 %; |
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea sabiex tiġi deċiża minnu. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell sar kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-23 ta' Mejju 2008, fil-kawża 79/07, Braun-Neumann vs Il-Parlament, li jiddikjara bħala inammissibbli r-rikors ta' l-appellant.
In sostenn ta' l-appell, l-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkommetta żball ta' liġi fl-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, peress li l-interpretazzjoni mogħtija minnu kienet tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju. L-appellant isostni li l-interpretazzjoni mogħtija mit-Tribunal li ġie adit bil-kawża, ta' ittra bħala l-uniku att li jippreġudikah, kienet żbaljata. Barra minn hekk, il-prinċipju ta' ċertezza legali jista' jiġi garantit biss jekk in-nuqqas ta' indikazzjoni tar-rimedji legali disponibbli jiġi kkunsidrat bħala li hu ta' preġudizzju għad-determinazzjoni tal-bidu tat-terminu għat-tressiq ta' l-ilment, għaliex inkella d-drittijiet ta' l-individwu jkunu kompromessi. Finalment, l-interpretazzjoni mogħtija mit-Tribunal li ġie adit bil-kawża għandha tiġi kkunsidrata bħala sproporzjonata fid-dawl tal-konsegwenzi għall-appellant.