Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0184

    Kawża T-184/08: Rikors ippreżentat fit- 12 ta' Mejju 2008 — Rui Manuel Alves dos Santos vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 209, 15.8.2008, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 209/55


    Rikors ippreżentat fit-12 ta' Mejju 2008 — Rui Manuel Alves dos Santos vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-184/08)

    (2008/C 209/99)

    Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrent: Rui Manuel Alves dos Santos (Rominha, Alvaiázere, Il-Portugall) (rappreżentant: A. Marques Fernandes, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrent

    Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (KE), mogħtija fil-kuntest tal-każ 890 488 P1, notifikata lir-rikorrent fit-3 ta' Marzu 2008, li tobbliga lir-rikorrent iħallas lura l-ammont ta' EUR 25 485,02, li jikkorrispondi għal PTE 5 109 287.

    Motivi u argumenti prinċipali

    L-attività ta' taħriġ twettqet kollha kemm hi.

    L-awdituri għamlu użu minn kriterji li ma jirriflettux ir-realtà u kkonkludew li l-ispejjeż ma kinux eliġibbli għal raġunijiet totalment estranji għar-rikorrent.

    L-ispejjeż kollha kellhom jiġu kkunsidrati eliġibbli u kellhom jittieħdu in kunsiderazzjoni fil-bilanċ finali.

    Peress li għaddew kważi għoxrin sena, il-ħlas lura ta' kwalunkwe somma jikkostitwixxi inġustizzja flagranti u jmur kontra l-prinċipji fundamentali ta' proporzjonalità u ta' ċertezza legali taċ-ċittadini fil-konfront ta' l-istituzzjonijiet.


    Top