This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0114
Case T-114/08 P: Appeal brought on 6 March 2008 by Luigi Marcuccio against the judgment of the Civil Service Tribunal delivered on 14 December 2007 in Case F-21/07, Marcuccio v Commission
Kawża T-114/08 P: Appell ippreżentat fis- 6 ta' Marzu 2008 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fl- 14 ta' Diċembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-21/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
Kawża T-114/08 P: Appell ippreżentat fis- 6 ta' Marzu 2008 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fl- 14 ta' Diċembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-21/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
ĠU C 107, 26.4.2008, p. 41–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 107/41 |
Appell ippreżentat fis-6 ta' Marzu 2008 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fl-14 ta' Diċembru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-21/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-114/08 P)
(2008/C 107/69)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, L-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet ta' l-appellant
F'kull każ:
— |
tannulla s-sentenza appellata fit-totalità tagħha u bla eċċezzjoni; |
— |
tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza tressaq mill-appellanti intra dies; |
— |
tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza kien ammissibbli. |
Fl-ewwel lok:
— |
tilqa' t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza fit-totalità tagħhom u bla eċċezzjoni; |
— |
tikkundanna lill-appellata tħallas lura lill-appellant l-ispejjeż kollha sostnuti minnu kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell; |
Sussidjarjament:
— |
tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, f'kompożizzjoni ġdida, sabiex jiddeċiediha mill-ġdid. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant isostni l-aggravji li ġejjin:
1. |
Nuqqas assolut ta' motivazzjoni fid-dawl tal-konfużjoni bejn il-kunċett ta' dannu u l-kunċett ta' avveniment li jirriżulta f'dannu msemmi fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 (li qabel kien 215) KE; |
2. |
Ksur ta' l-Artikolu 288 KE, ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 46 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ta' l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (iktar 'il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, tad-dritt għal protezzjoni legali u tad-dritt għal smigħ xieraq. |
3. |
Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati u mhux ġustifikati tal-kunċett ta' data ta' bidu jew dies a quo għall-finijiet tad-determinazzjoni ta' perijodu raġjonevoli sabiex titressaq azzjoni taħt l-Artikolu 288 KE. |
4. |
Nuqqas assolut ta' motivazzjoni, inter alia, għan-nuqqas ta' investigazzjoni, u ksur ta' l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt rilevanti fl-analiżi tad-data li fiha jibda jiddekorri t-terminu perentorju sabiex titressaq azzjoni taħt l-Artikolu 288 KE. |
5. |
Nuqqas assolut ta' motivazzjoni fir-rigward tad-dewmien allegat ta' l-appellant sabiex iressaq azzjoni taħt l-Artikolu 288 KE. |
6. |
Ksur ta' l-Artikoli 235 u 288 KE dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati Komunitarji fil-kuntest ta' rikors għal danni u nuqqas mingħajr motivazzjoni, arbitrarju u illoġiku li tiġi applikata l-ġurisprudenza rilevanti. |
7. |
Ksur tan-normi għal smigħ xieraq, b'referenza partikolari għal dawk previsti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. |