This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0083
Case T-83/08: Action brought on 19 February 2008 — Denki Kagaku Kogyo and Denka Chemicals v Commission
Kawża T-83/08: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Frar 2008 — Denki Kagaku Kogyo u Denka Chemicals vs Il-Kummissjoni
Kawża T-83/08: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Frar 2008 — Denki Kagaku Kogyo u Denka Chemicals vs Il-Kummissjoni
ĠU C 107, 26.4.2008, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 107/35 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Frar 2008 — Denki Kagaku Kogyo u Denka Chemicals vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-83/08)
(2008/C 107/60)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Denki Kagaku Kogyo K. K. (Tokyo, il-Ġappun) u Denka Chemicals GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Van Gerven, T. Franchoo u D. Fessenko, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)5910 finali tal-5 ta' Diċembru 2007 fil-Każ COMP/F/38.629 — Chloroprene Rubber |
— |
sussidjarjament, tnaqqas sostanzjalment il-multa imposta fuq ir-rikorrenti skond l-Artikolu 2 ta' din id-deċiżjoni; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti qed jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)5910 finali tal-5 ta' Diċembru 2007 (Każ COMP/F/38.629 — Chloroprene Rubber) dwar proċedura taħt l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 KEEA sa fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rikkorrenti kisru l-Artikolu 81 KE u imponiet multa fuqhom filwaqt li talbithom iwaqqfu immedjatament il-ksur allegat.
In sostenn tat-talbiet tagħhom, ir-rikorrenti ressqu sitt motivi:
Fuq il-bażi ta' l-ewwel u t-tieni motivi tagħhom, ir-rikorrenti jissottomettu, fl-ewwel lok, li l-Kummissjoni għamlet żball manifest ta' evalwazzjoni meta kkonkludiet li r-rikorrenti pparteċipaw fi ksur ta' l-Artikolu 81 KE, peress li la ressqet prova li r-rikorrenti kellhom għan komuni flimkien ma' produtturi oħra tal-chloroprene sabiex joħolqu kartell u lanqas ma ressqet prova li r-rikorrenti pparteċipaw fi prattika miftiehma.
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet ta' difiża tagħhom u kif ukoll l-Artikolu 253 KE u l-prinċipju ta' amminstrazzjoni tajba peress li ma pprovdietx aċċess għas-sottomissjonijiet ta' Bayer magħmula fis-seduta in camera.
Fuq il-bażi tat-tielet, ir-raba', il-ħames u s-sitt motivi tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-Prim'Istanza tnaqqas b'mod sinjifikattiv il-multa imposta mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata.
B'mod partikolari, permezz tat-tielet motiv tagħhom, ir-rikorrenti jissomettu li l-Kummissjoni kisret prinċipji ta' ċertezza legali u ta' non-retroattività meta kkalkulat il-multa fuq il-bażi tal-Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi ta' l-2006 minflok ma applikat il-Linji gwida ta' l-1998.
Permezz tar-raba' motiv tagħhom, ir-rikorrenti jissottomettu li l-Kummissjoni għamlet żball manifest ta' evalwazzjoni fir-rigward tal-kalkolu tal-valur tal-bejgħ għall-finijiet tad-determinazzjoni ta' l-ammont bażiku tal-multa. Barra minn hekk, skond ir-rikorrenti, il-Kummissjoni allegatament kisret il-prinċipju ta' proporzjonalità peress li r-rikorrenti ġew ippenalizzati darbtejn.
Permezz tal-ħames motiv, ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni għamlet żball manifest ta' evalwazzjoni fir-rigward tat-tul ta' żmien tal-kartell.
Fl-aħħar nett, permezz tas-sitt motiv, huwa sottomess li l-Kummissjoni għamlet żball manifest ta' evalwazzjoni u kisret l-Artikolu 253 KE u l-prinċipji ta' proporzjonalità u trattament ugwali peress li naqset milli tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti fuq il-bażi ta' ċirkustanzi attenwanti.