EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0034

Kawża T-34/08: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' Jannar 2008 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni

ĠU C 79, 29.3.2008, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/31


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2008 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-34/08)

(2008/C 79/61)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung e.V. (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Henning, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta' Novembru 2007 li permezz tagħha l-Kummissjoni eskludiet parzjalment mill-finanzjament Komunitarju l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tad-“Daphne Grant Agreement JAI/DAP/2004-2/052W”;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fix-xahar ta' Mejju 2005, ir-rikorrent u l-Kummissjoni kkonkludew kuntratt dwar il-finanzjament ta' proġett fil-kuntest tal-programm DAPHNE II (1). Permezz ta' ittra tas-16 ta' Novembru 2007, il-konvenuta bagħtet kont ikkoreġut bis-somma li kienet għadha dovuta minnha lir-rikorrent. Minn dan il-kont irriżulta li parti mill-ispejjeż inklużi fih ma kinux ġew ikkunsidrati bħala li jistgħu jibbenefikaw mill-finanzjament Komunitarju. Dan ir-rikors huwa intiż kontra din id-deċiżjoni.

In sostenn tar-rikors, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti. B'mod partikolari, provi suffiċjenti ġew żbaljatament ikkunsidrati bħala inadegwati. Il-fatt li ma ġewx aċċettati l-ispejjeż sostnuti għar-reklutaġġ temporanju ta' assitenti jew staġisti, l-ispejjeż previsti fil-baġit u ċerti spejjeż oħra ta' vjaġġi huwa żball.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 803/2004/KE tal-21 ta' April 2004 li tadotta programm ta' azzjoni Komunitarja (2004 sa l-2008) li jimpedixxi u jikkumbatti l-vjolenza kontra tfal, żgħażagħ u nisa u li jipproteġi vittmi u gruppi f'riskju (il-programm Daphne II) (ĠU L 143, p. 1).


Top