Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0374

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta' Lulju 2011.
    Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TOP CRAFT - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Krafft - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Użu ġenwin ta’ trade marks preċedenti - Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009] u r-Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95.
    Kawża T-374/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:346





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Lulju 2011 – Aldi Einkauf vs UASI – Illinois Tools Works (TOP CRAFT)

    (Kawża T-374/08)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TOP CRAFT – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Krafft – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Użu ġenwin ta’ trade marks preċedenti – Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009] u r-Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

    1.                     Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Użu ġenwin - Kunċett - Interpretazzjoni fid-dawl tar-ratio legis tal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punt 24)

    2.                     Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Użu ġenwin - Kunċett - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 25-27)

    3.                     Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Użu ġenwin - Applikazzjoni tal-kriterji għall-każ speċifiku (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punt 28)

    4.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 44, 51, 56, 64)

    5.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 47, 48, 67)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 952/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Illinois Tools Works, Inc. u Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 952/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Illinois Tools Works, Inc. u Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG, hija annullata.

    2)

    L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Top