Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0307

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tieni Awla) tal-20 ta' Ottubru 2009.
    Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva 4 OUT Living - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Living & Co - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
    Kawża T-307/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:409





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2009 – Aldi Einkauf vs UASI – Goya Importaciones y Distribuciones (4 OUT Living)

    (Kawża T-307/08)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva 4 OUT Living – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Living & Co – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

    Trade mark Komunitarja ‑ Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja ‑ Raġunijiet relattivi għal rifjut ‑ Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu ‑ Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti19-21, 32, 33)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1199/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Goya Importaciones y Distribuciones, SL u Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark figurattiva 4 OUT Living għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 28

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Goya Importaciones y Distribuciones, SL

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Trade mark figurattiva Spanjola Living & Co (Nru 2604969) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 16, 18, 21, 25, 34 u 35

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Appell miċħud


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top