Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0201

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) tat-28 ta' Settembru 2010.
    Market Watch Franchise & Consulting, Inc. vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Seroslim - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEROSTIM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
    Kawża T-201/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:408





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Settembru 2010 – Market Watch vs UASI – Ares Trading (Seroslim)

    (Kawża T-201/08)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Seroslim – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEROSTIM – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

    Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 24, 49)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Marzu 2008 (Każ R 805/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ares Trading SA u Market Watch Franchise & Consulting, Inc.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant tat-trade mark Komunitarja:

    Market Watch Franchise & Consulting, Inc.

    Trade mark Komunitarja  kkonċernata:

    Trade mark verbali Seroslim għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni Nru 4113321

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Ares Trading SA

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Trade mark verbali SEROSTIM għal prodotti fil-klassi 5 – (trade mark Komunitarja Nru 2405694)

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 5 u fir-rigward tas-“sapun, lozjonijiet tax-xagħar u dentifriċji” fil-klassi 3 milqugħa.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Appell miċħud

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Market Watch Franchise & Consulting, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top