Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0182

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (l-Ewwel Awla)tat-8 ta' Lulju 2009.
    il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Atlantic Energy Ltd.
    Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari - Nuqqas ta’ osservanza tal-kuntratt - Rimbors ta’ somom imħallsa bil-quddiem - Tpaċija legali - Proċedura fil-kontumaċja.
    Kawża T-182/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:255





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 – Il‑Kummssjoni vs Atlantic Energy

    (Kawża T‑182/08)

    “Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari – Nuqqas ta’ osservanza tal-kuntratt – Rimbors ta’ somom imħallsa bil-quddiem – Tpaċija legali – Proċedura fil-kontumaċja”

    1.                     Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 50-69)

    2.                     Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ - Stħarriġ tal-legalità ta’ deċiżjoni ta’ tpaċija extraġudizzjarja bejn debiti u krediti adottata mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament Nru 1605/2002 - Esklużjoni (Artikoli 230 KE u 238 KE) (ara l‑punt 70)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tirrimborsa ħlas bil-quddiem min-naħa tal-Komunità Ewropea, flimkien mal-interessi, fil-kuntest tal-kuntratt BU 183/95 UK/AT.

    Dispożittiv

    1)

    Atlantic Energy Ltd hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta’ EUR 226 010, flimkien mal-interessi previsti fl-Artikolu 23.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt BU 183/95 UK/AT għall-perijodi inklużi, minn naħa, bejn l-1 ta’ Ġunju 1996 u t-28 ta’ Frar 2002 u, min-naħa l-oħra, bejn is-16 ta’ Lulju 2002 u l‑31 ta’ Mejju 2008, u mnaqqsa mis-somma ta’ EUR 3 610.53, fejn din is‑somma finali nnifisha kienet tinkludi l-interessi previsti fl-Artikolu 23.1 tal-kundizzjonijiet ġenerali ċċitati iktar ’il fuq mill-1 ta’ Ġunju 2008 sal-ħlas kollu tad-debitu.

    2)

    Atlantic Energy hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top