Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0544

    Kawża T-544/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Diċembru 2014 – Hansen & Rosenthal u H&R Wax Company Vertrieb vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xema’ tal-paraffin — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet — Prova ta’ ksur — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Drittijiet tad-difiża — – — Gravità tal-ksur — Nuqqas ta’ retroattività — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità” )

    ĠU C 46, 9.2.2015, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Hansen & Rosenthal u H&R Wax Company Vertrieb vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-544/08) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tax-xema’ tal-paraffin - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Prova ta’ ksur - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Drittijiet tad-difiża - – - Gravità tal-ksur - Nuqqas ta’ retroattività - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità”))

    (2015/C 046/44)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Hansen & Rosenthal KG (Hamburg, il-Ġermanja); u H&R Wax Company Vertrieb GmbH (Hamburg) (rappreżentanti: J. Schulte, A. Lober u M. Dallmann, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer u K. Mojzesowicz, sussegwentement M. Sauer u A. Antoniadis, aġenti)

    Suġġett

    Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xema’ tax-xemgħa), f’dak li jikkonċerna r-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew għat-tnaqqis tal-ammont tagħha.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Hansen & Rosenthal KG u H&R Wax Company Vertrieb GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


    Top