This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TA0338
Case T-338/08: Judgment of the General Court of 14 June 2012 — Stichting Natuur en Milieu, Pesticide Action Network Europe v Commission (Environment — Regulation (EC) No 1367/2006 — Maximum residue levels for pesticides — Request for internal review — Refusal — Measure of individual scope — Validity — Aarhus Convention)
Kawża T-338/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Ġunju 2012 — Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe vs Il-Kummissjoni ( “Ambjent — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Limiti massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidi — Talba għal eżami intern mill-ġdid — Rifjut — Miżura ta’ portata individwali — Validità — Konvenzjoni ta’ Aarhus” )
Kawża T-338/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Ġunju 2012 — Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe vs Il-Kummissjoni ( “Ambjent — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Limiti massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidi — Talba għal eżami intern mill-ġdid — Rifjut — Miżura ta’ portata individwali — Validità — Konvenzjoni ta’ Aarhus” )
ĠU C 217, 21.7.2012, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012 — Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-338/08) (1)
(Ambjent - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Limiti massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidi - Talba għal eżami intern mill-ġdid - Rifjut - Miżura ta’ portata individwali - Validità - Konvenzjoni ta’ Aarhus)
2012/C 217/32
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Stichting Natuur en Milieu (Utrecht, l-Olanda) u Pesticide Action Network Europe (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: B. Kloostra u A. van den Biesen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea, (rappreżentanti: inizjalment minn B. Burggraaf u S. Schønberg, sussegwentement minn B. Burggraaf u P. Oliver, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Dowgielewicz, sussegwentement minn M. Szpunar, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Michoel u B. Driessen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ Lulju 2008, li jiċħdu bħala inammissibbli t-talbiet tar-rikorrenti għal eżami intern mill-ġdid tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2008, tad-29 ta’ Jannar 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-Annessi II, III u IV li jistipulaw il-livelli massimi ta’ residwi għall-prodotti koperti mill-Anness I tiegħu (ĠU L 58, p. 1).
Dispożittiv
(1) |
Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ Lulju 2008, li jiċħdu bħala inammissibbli t-talbiet ta’ Stichting Natuur en Milieu u ta’ Pesticide Action Network Europe intiżi sabiex hija teżamina mill-ġdid ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2008, tad-29 ta’ Jannar 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-Annessi II, III u IV li jistipulaw il-livelli massimi ta’ residwi għall-prodotti koperti mill-Anness I tiegħu, huma annullati. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Stichting Natuur en Milieu u minn Pesticide Action Network Europe. |
(3) |
Ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |