EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0251

Kawża T-251/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 23 ta’ Settembru 2011 — Vion vs UASI (PASSION FOR BETTER FOOD) ( Trade mark Komunitarja — Talba għal trade mark Komunitarja verbali PASSION FOR BETTER FOOD — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) )

ĠU C 319, 29.10.2011, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2011 — Vion vs UASI (PASSION FOR BETTER FOOD)

(Kawża T-251/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Talba għal trade mark Komunitarja verbali PASSION FOR BETTER FOOD - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 319/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vion NV (Best, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Klinger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment M. Kicia, sussegwentement R. Manea, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ April 2008 (Każ R 562/2007-4), li jikkonċerna r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PASSION FOR BETTER FOOD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Vion NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.


Top