This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TA0169
Case T-169/08: Judgment of the General Court of 20 September 2012 — DEI v Commission (Competition — Abuse of dominant position — Greek market for the supply of lignite and Greek wholesale electricity market — Decision finding an infringement of Article 86(1) EC, read in combination with Article 82 EC — Grant or maintenance of rights awarded by the Hellenic Republic in favour of a public undertaking for the extraction of lignite)
Kawża T-169/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Settembru 2012 — DEI vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Swieq Griegi għall-provvista ta’ linjite u ta’ bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 86(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE — Għoti jew żamma ta’ drittijiet mogħtija mir-Repubblika Ellenika favur impriża pubblika għall-estrazzjoni ta’ linjite” )
Kawża T-169/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Settembru 2012 — DEI vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Swieq Griegi għall-provvista ta’ linjite u ta’ bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 86(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE — Għoti jew żamma ta’ drittijiet mogħtija mir-Repubblika Ellenika favur impriża pubblika għall-estrazzjoni ta’ linjite” )
ĠU C 343, 10.11.2012, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2012 — DEI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-169/08) (1)
(Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Swieq Griegi għall-provvista ta’ linjite u ta’ bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 86(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE - Għoti jew żamma ta’ drittijiet mogħtija mir-Repubblika Ellenika favur impriża pubblika għall-estrazzjoni ta’ linjite)
2012/C 343/13
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (Ateni, il-Grecja) (rappreżentant: P. Anestis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, A. Bouquet u A. Antoniadis, aġenti, assistiti minn A. Oikonomou, avukat)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Republika Griega (rappreżentanti: K. Boskovits u P. Mylonopoulos, aġenti, assistiti inizjalment minn A. Komninos u M. Marinos, sussegwentement minn M. Marinos, avukati)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Energeiaki Thessalonikis AE (Echedoros, il-Grecja); u Elliniki Energeia kai Anaptyxi AE (HE & DSA) (Kifissia, il-Grecja) (rappreżentanti: P. Skouris u E. Trova, avukati)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 824 finali, tal-5 ta’ Marzu 2008, dwar l-għoti jew iż-żamma mir-Repubblika Ellenika ta’ drittijiet lil DEI għall-estrazzjoni ta’ linjite.
Dispożittiv
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 824 finali, tal-5 ta’ Marzu 2008, dwar l-għoti jew iż-żamma mir-Repubblika Ellenika ta’ drittijiet lil Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) għall-estrazzjoni ta’ linjite hija annullata. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata li tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ DEI. |
(3) |
Ir-Repubblika Ellenika, Elliniki Energeia kai Anaptyxi AE (HE & DSA) u Energeiaki Thessalonikis AE għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |