This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008FO0048
Order of the Civil Service Tribunal (Third Chamber) of 30 October 2008. # Antonio Ortega Serrano v Commission of the European Communities. # Public service - Manifest inadmissibility. # Cases F-48/08 and F-48/08 AJ.
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta' Ottubru 2008.
Antonio Ortega Serrano vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Inammissibbiltà manifesta.
Każijiet F-48/08 u F-48/08 AJ.
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta' Ottubru 2008.
Antonio Ortega Serrano vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Inammissibbiltà manifesta.
Każijiet F-48/08 u F-48/08 AJ.
Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2008 I-A-1-00335; II-A-1-01835
ECLI identifier: ECLI:EU:F:2008:131
DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(It-Tielet Awla)
30 ta’ Ottubru 2008
Kawżi F-48/08 u F-48/08 AJ
Antonio Ortega Serrano
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz Pubbliku – Inammissibbiltà manifesta – Impossibbiltà ta’ rappreżentanza tar-rikorrent minn avukat li ma huwiex terz – Għajnuna legali – Talba għal intervent”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, u talba, imressqa skont l-Artikolu 95 tar-Regoli tal-Proċedura, li permezz tagħhom A. Ortega Serrano jitlob, prinċipalment, l-annullment tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla fil-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05, tal-10 ta’ Mejju 2007, li tirrifjuta li jitniżżel fil-lista ta’ riżerva fi tmiem din il-kompetizzjoni u, minbarra dan, li jiġi aċċettat għall-benefiċċju tal-għajnuna legali.
Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. It-talba sussidjarja tar-rikorrent sabiex jiġi awtorizzat jirregolarizza r-rikors tiegħu hija miċħuda. Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż. Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data insostenn tat-talbiet tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Il‑ Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati mat-talba għal intervent. It-talba għal għajnuna legali fil-Kawża F-48/08 AJ, Ortega Serrano vs Il‑Kummissjoni hija miċħuda.
Sommarju
1. Proċedura – Ammissibbiltà tar-rikorsi – Introduzzjoni ta’ eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Libertà tal-qorti li tadotta digriet fuq il-bażi tal-Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli 76 u 78)
2. Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Rikors ippreżentat mingħajr il-patroċinju ta’ avukat
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 19; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 34(1))
1. Anki quddiem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-konvenut b’att separat, fuq il-bażi tal-Artikolu 78 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, u ta’ osservazzjonijiet fuq din l-eċċezzjoni ppreżentati mir-rikorrent, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jibqa’ liberu, jekk l-inammissibbiltà tar-rikors tidhirlu manifesta, li jadotta digriet fuq il-bażi tal-Artikolu 76 ta’ dan ir-regolament.
(ara l-punt 23)
Referenza: It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 6 ta’ Marzu 2008, R bis vs Il‑Kummissjoni, F‑105/07, Ġabra p. I‑0000
2. Jirriżulta mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari, mill-kelma “rappreżentati”, li sabiex jiġi ppreżentat rikors quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, “partijiet” fis-sens ta’ dan l-artikolu ghandhom jużaw is-servizzi ta’ terz li għandu jkun awtorizzat jipprattika quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li jkun parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.
Ebda deroga jew eċċezzjoni għal dan l-obbligu ma hija prevista la mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas mir-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, peress li l-preżentata ta’ applikazzjoni ffirmata mir-rikorrent stess, anki jekk ikun avukat awtorizzat jidher quddiem qorti nazzjonali, ma tistax tkun biżżejjed sabiex jiġi ppreżentat rikors. Dan ir-rekwiżit jikkorrispondi għall-kunċett tar-rwol tal-avukat li huwa kkunsidrat bħala kollaboratur tal-ġustizzja u huwa msejjaħ sabiex jipprovdi, b’indipendenza totali u fl-interess ogħla tagħha, l-għajnuna legali li parti fil-kawża jkollha bżonn. Dan il-kunċett jirrifletti t-tradizzjonijiet ġuridiċi komuni għall-Istati Membri u jinsab ukoll fis-sistema legali Komunitarja, kif jirriżulta, preċiżament, mill-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, l-avukat li huwa, fl-istess ħin, il-parti li huwa jirrappreżenta, jirriskja, minħabba r-rabta personali tiegħu mal-kawża inkwistjoni, li ma jkunx fil-pożizzjoni li jissodisfa dan ir-rwol essenzjali ta’ kollaboratur tal-ġustizzja bl-iktar mod adegwat.
L-obbligu li jsir użu minn terz sabiex tiġi żgurata r-rappreżentanza tagħha quddiem il-qrati tas-sistema Komunitarja ma jċaħħadx lill-parti inkwistjoni minn mezzi ta’ difiża u għalhekk ma jippreġudikax id-drittijiet tad-difiża. Minbarra dan, dan l-obbligu jqiegħed lill-partijiet fl-istess kundizzjonijiet ta’ difiża, indipendentement mill-kapaċità professjonali tagħhom, u għalhekk ma jiksirx il-prinċipju ta’ trattament ugwali.
(ara l-punti 31 sa 36)
Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja 5 ta’ Diċembru 1996, Lopes vs Il‑Qorti tal‑Ġustizzja, C‑174/96 P, Ġabra p. I‑6401, punti 8 u 10 sa 12; Il-Qorti tal-Prim’Istanza 8 ta’ Diċembru 1999, Euro‑Lex vs UASI (EU‑LEX), T‑79/99, Ġabra p. II‑3555, punt 28; 13 ta’ Jannar 2005, Sulvida vs Il‑Kummissjoni, T‑184/04, Ġabra p. II‑85, punti 8 u 9