Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FN0079

    Kawża F-79/08: Rikors ippreżentat fit- 3 ta' Ottubru 2008 — Ackerman et vs BEI

    ĠU C 301, 22.11.2008, p. 66–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 301/66


    Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2008 — Ackerman et vs BEI

    (Kawża F-79/08)

    (2008/C 301/129)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lucie Ackerman (Strasbourg, Franza) et (rappreżentant: L. Lévi, avukat)

    Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

    Suġġett

    L-annullament tal-karti tal-pensjoni (pension slips) tar-rikorrenti għal Frar 2008, sa fejn dawn il-karti tal-pensjoni japplikaw aġġustament annwali tal-pensjoni għas-sena 2007 retroattivament mill-1 ta' Jannar 2008 biss, u mhux mill-1 ta' Lulju 2007 u, għalhekk, il-kundanna tal-BEI għall-ħlas tal-ammont tal-pensjoni li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għas-sena 2007, tal-ammont tal-pensjoni li jikkorrispondi għall-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għas-sena 2007 fuq l-ammonti tal-pensjoni li ser jitħallsu minn Jannar 2009 u tal-imgħaxijiet ta' dewmien fuq l-ammonti tal-pensjoni dovuti sal-ħlas sħiħ tas-somom dovuti.

    Talbiet tar-rikorrenti

    jannulla l-karti tal-pensjoni (pension slips) għal Frar 2008, sa fejn japplikaw aġġustament annwali tal-pensjoni għas-sena 2007 retroattivament mill-1 ta' Jannar 2008 biss, u mhux mill-1 ta' Lulju 2007 u, sa fejn ikun meħtieġ, jannulla n-nota li l-konvenut bagħat lir-rikorrenti u li għandha d-data tat-13 ta' Frar 2008;

    jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas (i) tal-ammont tal-pensjoni li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għas-sena 2007, jiġifieri żieda ta' 2,2 % għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007; (ii) tal-ammont tal-pensjoni li jikkorrispondi għall-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għas-sena 2007 fuq l-ammonti tal-pensjoni li ser jitħallsu minn Jannar 2009; (iii) tal-imgħaxijiet għal dewmien fuq l-ammonti tal-pensjoni dovuti sal-ħlas sħiħ tas-somom dovuti; ir-rata tal-imgħax għal dewmien għandha tiġi kkalkulata fuq ir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda bi tliet punti perċentwali;

    jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-ispejjeż.


    Top