Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FA0006

    Kawża F-6/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 4 ta' Dicembru 2008 — Blais vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Remunerazzjoni — Allowance ta' espatrijazzjoni — Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 17 tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-BĊE — Kundanna tar-rikorrenti għall-ispejjeż — Eżiġenzi ta' ekwità — Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura)

    ĠU C 19, 24.1.2009, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 19/37


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Dicembru 2008 — Blais vs BĊE

    (Kawża F-6/08) (1)

    (Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Allowance ta' espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 17 tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-BĊE - Kundanna tar-rikorrenti għall-ispejjeż - Eżiġenzi ta' ekwità - Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura)

    (2009/C 19/73)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Jessica Blais (Frankfurt am Main, Il-Ġermanja) [rappreżentant: B. Karthaus, avukat]

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew [rappreżentanti: F. Malfrère u F. Feyerbacher, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat]

    Suġġett

    Servizz pubbliku — L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Awwissu 2007 li tirrifjuta li r-rikorrenti tingħata l-allowance ta' espatrijazzjoni għar-raġuni li hija ma tissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 17 tal-Conditions of Employment tal-BĊE.

    Dispożittiv tas-sentenza

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    J. Blais għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż tal-Bank Ċentrali Ewropew.

    3)

    Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 142, 7.6.2008, p. 39.


    Top