EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CO0225

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta' Ġunju 2009.
Nuova Agricast Srl vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Dokumenti li ġejjin minn Stat Membru - Oppożizzjoni tal-Istat Membru għall-iżvelar tad-dokumenti - Rifjut ta’ aċċess - Talba ġdida - Att konfermattiv.
Kawża C-225/08 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:406





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2009 – Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑225/08 P)

“Appell – Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet – Dokumenti li ġejjin minn Stat Membru – Oppożizzjoni tal-Istat Membru għall-iżvelar tad-dokumenti – Rifjut ta’ aċċess – Talba ġdida – Att konfermattiv”

1.                     Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti – Ammissibbiltà (Artikolu 225 KE) (ara l-punti 36, 37)

2.                     Komunitajiet Ewropej – Istituzzjonijiet – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Kundizzjonijiet – Obbligu tal-istituzzjoni li tagħmel eżami konkret u individwali tad-dokumenti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(7)) (ara l-punti 56-60)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tat-12 ta’ Marzu 2008, Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni (T-443/07) li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Ottubru 2007, li tiċħad talba tal-appellanti, għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni preċedenti ta’ din l-istituzzjoni li tirrifjutalha l-aċċess għal ċerti dokumenti.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Nuova Agricast Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Top