Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0499

    Kawża C-499/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fid- 19 ta' Novembru 2008 — Ingeniørforeningen i Danmark f'isem Ole Andersen vs Region Syddanmark

    ĠU C 19, 24.1.2009, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 19/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fid-19 ta' Novembru 2008 — Ingeniørforeningen i Danmark f'isem Ole Andersen vs Region Syddanmark

    (Kawża C-499/08)

    (2009/C 19/31)

    Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Vestre Landsret.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ingeniørforeningen i Danmark f'isem Ole Andersen.

    Konvenuta: Region Syddanmark.

    Domanda preliminari

    Il-projbizzjoni minn diskriminazzjoni diretta jew indiretta fuq il-bażi ta' età li tinsab fl-Artikoli 2 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi Stat Membru milli jżomm fis-seħħ sitwazzjoni ġuridika fejn min iħaddem, wara li jitkeċċa ħaddiem impjegat li kien jaħdem mal-istess kumpannija għal 12, 15 jew 18-il sena, għandu, malli jiġi tterminat l-impjieg tal-ħaddiem impjegat, iħallas ammont ekwivalenti għal xahar, xahrejn jew tliet xhur paga rispettivament, iżda li dan il-benefiċċju m'għandux jitħallas meta l-ħaddiem impjegat, meta jintemm il-kuntratt, huwa intitolat li jirċievi pensjoni tax-xjuħija minn skema ta' pensjoni li għaliha jkun ikkontribwixxa min iħaddem?


    (1)  ĠU L 303, p. 16.


    Top