EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0420

Kawża C-420/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Berlin (Il-Ġermanja) fit- 23 ta' Settembru 2008 — Yasar Erdil vs Land Berlin

ĠU C 327, 20.12.2008, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Berlin (Il-Ġermanja) fit-23 ta' Settembru 2008 — Yasar Erdil vs Land Berlin

(Kawża C-420/08)

(2008/C 327/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet

Rikorrent: Yasar Erdil

Konvenut: Land Berlin

Domanda preliminari

Ċittadin Tork li l-istatus legali tiegħu jirriżulta mit-tieni subinċiż tal-ewwel frażi tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni Nru 1/80 u li ilu jgħix fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja minn meta twieled fl-1989, jista' jibbaża ruħu fuq il-protezzjoni speċjali kontra tkeċċija, stabbilita skont l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) tad-29 ta' April 2004 (ĠU L 158 tat-30 ta' April 2004, p. 77; verżjoni rrettifikata ppubblikata fil-ĠU L 229 tat-28 ta' Ġunju 2004)?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE); (ĠU L 158, p. 77). (Rettifika tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 229, p. 35)


Top