This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0379
Case C-379/08: Reference for a preliminary ruling from the Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (Italy) lodged on 21 August 2008 — ERG Raffinerie Mediterranee SpA and Others v Ministero dello Sviluppo Economico and Others
Kawża C-379/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fil- 21 ta' Awissu 2008 — ERG Raffinerie Mediterranee SpA et vs Ministero dello Sviluppo Economico et
Kawża C-379/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fil- 21 ta' Awissu 2008 — ERG Raffinerie Mediterranee SpA et vs Ministero dello Sviluppo Economico et
ĠU C 301, 22.11.2008, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 301/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fil-21 ta' Awissu 2008 — ERG Raffinerie Mediterranee SpA et vs Ministero dello Sviluppo Economico et
(Kawża C-379/08)
(2008/C 301/27)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ERG Raffinerie Mediterranee SpA e altri.
Konvenut: Ministero dello Sviluppo Economico e altri.
Domandi preliminari
1) |
Id-Direttiva 2004/35/KE (1), tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-21 ta'April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 u l-Anness II tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-Amministrazzjoni Pubblika li timponi, “għażla minn rimedji varji għal dannu ambjentali”, li jseħħ fuq l-ambjent (li jikkostitwixxi, fil-kawża preżenti, fit-“tniġġiż fiżiku” tat-tul tax-xatt tal-baħar) differenti u supplimentari għal dawk magħżula fid-deċiżjoni kontradittorja, diġà approvati, imwettqa, u fil-kors li jiġu implementati? |
2) |
L-imsemmija direttiva tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-Amministrazzjoni Pubblika timponi, b'awtorità, tali rekwiżit, anke mingħajr ma tevalwa l-kundizzjonijiet partikolari, l-ispejjeż ta' implementazzjoni fir-rigward tal-benefiċċji raġjonevolament prevedibbli, id-danni kollaterali possibbli jew probabbli u l-effetti fuq is-saħħa u s-sigurtà pubblika, u ż-żmien neċessarju għall-implementazzjoni? |
3) |
Fir-rigward tas-sitwazzjoni speċifika li teżisti fis-Sit ta' Interess Nazzjonali ta' Prioli, l-imsemmija direttiva tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-Amministrazzjoni Pubblika timponi, b'awtorità, tali rekwiżit, ta' kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-użu leġittimu taż-żoni li ma jirrigwardawx direttament ir-rijabilitazzjoni, li huma diġà rijabilitati, jew mhux imniġġża, inklużi dawk fil-perimetru tas-Sit ta' Interess Nazzjonali ta' Prioli? |
(1) ĠU L 143, p. 56.