Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0368

    Kawża C-368/08: Rikors ippreżentat fit- 8 ta' Awissu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    ĠU C 247, 27.9.2008, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 247/11


    Rikors ippreżentat fit-8 ta' Awissu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-368/08)

    (2008/C 247/19)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u I. Dimitriou)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

    Talbiet

    tikkonstata li, billi m'adottatx, jew fi kwalunkwe każ, ma nnotifikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/35/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha minn din id-Direttiva,

    tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/35/KE fid-dritt nazzjonali skada fit-30 ta' April 2007.


    (1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.


    Top