Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0357

    Kawża C-357/08: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Awissu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    ĠU C 247, 27.9.2008, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 247/10


    Rikors ippreżentat fl-4 ta' Awissu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-357/08)

    (2008/C 247/18)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: G. Zavvos, aġent)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

    Talbiet

    tikkonstata li, billi m'adottatx, jew fi kwalunkwe każ, ma nnotifikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/14/KE (1), tal-11 ta' Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha minn din id-Direttiva,

    tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/14/KE fid-dritt nazzjonali skada fil-11 ta' Ġunju 2007.


    (1)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14.


    Top