Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0136

    Kawża C-136/08 P: Appell ippreżentat fit- 3 ta' April 2008 minn Japan Tobacco, Inc. mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) fit- 30 ta' Jannar 2008 fil-kawża T-128/06, Japan Tobacco, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) — Torrefacção Camelo

    ĠU C 209, 15.8.2008, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 209/18


    Appell ippreżentat fit-3 ta' April 2008 minn Japan Tobacco, Inc. mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) fit- 30 ta' Jannar 2008 fil-kawża T-128/06, Japan Tobacco, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) — Torrefacção Camelo

    (Kawża C-136/08 P)

    (2008/C 209/26)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Japan Tobacco, Inc.(rappreżentanti: A. Ortiz López, avukat, S. Ferrandis González, avukat, E. Ochoa Santamaría, avukat)

    Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Torrefacção Camelo Lda

    Talbiet ta' l-appellanti

    tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tat-30 ta' Jannar 2008, mogħtija fil-kawża T-128/06 u tagħti sentenza li biha, billi temenda l-imsemmija deċiżjoni, tiddikjara n-neċessità li tapplika l-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) għal din il-kawża u, konsegwentement, billi tqis l-argumenti ppreżentati minn Japan Tabacco, tiddeċiedi r-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 469 121;

    tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż ta' din il-proċedura.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Permezz ta' l-appell tagħha, l-appellanti tallega ksur, mill-Qorti tal-Prim'Istanza, tar-Regolament fuq it-trade mark Komunitarja u, b'mod aktar partikolari, tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu v8(5) tiegħu. Fil-fatt, minkejja l-fatt li l-Qorti tal-Prim'Istanza rrikonoxxiet ir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti, ix-xebħ bejn it-trade marks meta mqabbla u l-konnessjoni bejn il-prodotti identifikati mit-trade marks, hija eżiġiet prova effettiva, reali u attwali ta' vjolazzjoni tat-trade mark preċedenti, filwaqt li l-artikolu ċċitat iktar 'il fuq jeżiġi min-naħa tiegħu sempliċi riskju ta' vjolazzjoni ta' din it-trade mark, ta' profitt indebitu tal-karattru distintiv jew ta' ħsara magħmula lil din ta' l-aħħar.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


    Top