This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0097
Case C-97/08 P: Appeal brought on 3 March 2008 by Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV against the judgment of the Court of First Instance (Second Chamber) delivered on 12 December 2007 in Case T-112/05: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV v Commission of the European Communities
Kawża C-97/08 P: Appell ippreżentat fit- 3 ta' Marzu 2008 minn Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fit- 12 ta' Diċembru 2007 fil-Kawża T-112/05: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Kawża C-97/08 P: Appell ippreżentat fit- 3 ta' Marzu 2008 minn Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fit- 12 ta' Diċembru 2007 fil-Kawża T-112/05: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU C 128, 24.5.2008, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 128/22 |
Appell ippreżentat fit-3 ta' Marzu 2008 minn Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fit-12 ta' Diċembru 2007 fil-Kawża T-112/05: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-97/08 P)
(2008/C 128/38)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV (rappreżentanti: C. Swaak, avukat, M. van der Woude, avukat, M. Mollica, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet ta' l-appellanti
L-appellanti jitolbu sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja:
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 fil-Kawża T-112/05 safejn din ċaħdet il-motiv li r-responsabbilta kienet attribwita b'mod żbaljat — flimkien u in solidum — lil Akzo Nobel NV; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, safejn din tiddikjara lil Akzo Nobel NV bħala responsabbli; |
— |
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż ta' dan l-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza safejn dawn jirrigwardaw l-aggravju imqajjem f'dan l-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jqisu li l-Qorti tal-Prim'Istanza applikat b'mod żbaljat il-kunċett ta' “impriża” fis-sens ta' l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar l-imputabbiltà ta' l-aġir illegali ta' kumpannija sussidjarja lill-kumpannija prinċipali.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, p. 1).