This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0045
Case C-45/08: Reference for a preliminary ruling from the Hof van beroep te Brussel, Belgium lodged on 8 February 2008 — Spector Photo Group NV and Chris Van Raemdonck v Commissie voor het Bank-, Financie- en Assurantiewezen (CBFA)
Kawża C-45/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hof van Beroep te Brussel (il-Belgju) fit- 8 ta' Frar 2008 — Spector Photo Groep N.V. u Chris Van Raemdonck vs Commissie voor het Bank-, Financie- en Assurantiewezen
Kawża C-45/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hof van Beroep te Brussel (il-Belgju) fit- 8 ta' Frar 2008 — Spector Photo Groep N.V. u Chris Van Raemdonck vs Commissie voor het Bank-, Financie- en Assurantiewezen
ĠU C 107, 26.4.2008, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 107/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hof van Beroep te Brussel (il-Belgju) fit-8 ta' Frar 2008 — Spector Photo Groep N.V. u Chris Van Raemdonck vs Commissie voor het Bank-, Financie- en Assurantiewezen
(Kawża C-45/08)
(2008/C 107/21)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Beroep te Brussel (Qorti ta' l-Appell ta' Brussell, il-Belgju).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Spector Photo Groep N.V. u Chris Van Raemdonck.
Konvenuta: Commissie voor het Bank-, Financie- en Assurantiewezen (Kummissjoni bankarja, finanzjarja u ta' l-assigurazzjoni, CBFA).
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tad-direttiva dwar l-abbuż tas-suq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha, jikkostitwixxu armonizzazzjoni kompleta, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jawtorizzaw espliċitament lill-Istati Membri jadottaw liberament miżuri ta' implementazzjoni jew id-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva jikkostitwixxu, kollha kemm huma, armonizzazzjoni minima? |
2) |
L-Artikolu 2(1) tad-direttiva dwar l-abbuż tas-suq għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt biss li persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2 [li] jkollha informazzjoni minn ġewwa takkwista jew tiddisponi minn jew tipprova takkwista jew tiddisponi minn, għaliha nfisha jew għal ħaddieħor, strumenti finanzjari li għalihom tirreferi din l-informazzjoni ifisser awtomatikament li hija tuża l-informazzjoni minn ġewwa? |
3) |
Jekk tingħata risposta negattiva għat-tieni domanda, għandu jiġi preżunt li, għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar l-abbuż tas-suq, huwa neċessarju li tittieħed deċiżjoni konxja li jintuża t-tagħrif minn ġewwa? Jekk deċiżjoni bħal din tista' tkun ukoll deċiżjoni mhux bil-miktub, huwa allura neċessarju li d-deċiżjoni li jintuża t-tagħrif minn ġewwa tirriżulta minn ċirkustanzi li ma jistgħu jingħataw ebda spjegazzjoni oħra jew huwa suffiċjenti li dawn iċ-ċirkustanzi jistgħu jiġu interpretati b'dan il-mod? |
4) |
Jekk, sabiex tiġi stabbilita n-natura proporzjonata ta' sanzjoni amministrattiva, imsemmija fl-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar l-abbuż tas-suq, għandu jittieħed in kunsiderazzjoni l-profitt magħmul, għandu jiġi preżunt li l-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni li għandha tiġi kkunsidrata bħala informazzjoni minn ġewwa fil-fatt kellha effett sinifikanti fuq il-prezz ta' l-istrument finanzjarju? F'każ ta' risposta affermattiva, x'għandu jkun il-livell minimu ta' varjazzjoni fil-prezz sabiex din il-varjazzjoni tista' tkun ikkunsidrata bħala sinifikanti? |
5) |
Indipendentement min-natura sinifikanti jew le li għandu jkollha l-varjazzjoni fil-prezz wara li l-informazzjoni tkun saret pubblika, liema perijodu għandu jittieħed in kunisderazzjoni, wara li l-informazzjoni tkun saret pubblika, sabiex jiġi stabbilit il-livell tal-varjazzjoni fil-prezz u liema data għandha tiġi kkunsidrata sabiex jiġi evalwat il-vantaġġ finanzjarju miksub, għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-sanzjoni xierqa? |
6) |
Fid-dawl tal-verifika tan-natura proporzjonata tas-sanzjoni, l-Artikolu 14 tad-direttiva dwar l-abbuż tas-suq għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk Stat Membru ikun ħaseb għall-possibbiltà ta' sanzjoni kriminali li tingħata flimkien mas-sanzjoni amministrattiva, għall-finijiet ta' l-evalwazzjoni tan-natura proporzjonata tas-sanzjoni, għandha tittieħed in kunsiderazzjoni l-possibbiltà u/jew il-livell ta' sanzjoni kriminali pekunjarja? |
(1) Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16).