Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0567

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-2 ta' Lulju 2009.
    il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs il-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst.
    Kawża C-567/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:425





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il-Lussemburgu

    (Kawża C‑567/08)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/36/KE – Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l- punt 9)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22).

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

    2)

    Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Top