Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0554

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Novembru 2009.
Le Carbone-Lorraine SA vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tal-prodotti abbażi ta’ karbonju u ta’ grafita għal applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi - Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 - Determinazzjoni tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Prinċipju tan-natura individwali tal-pieni - Trattament ugwali - Prinċipju ta’ proporzjonalità.
Kawża C-554/08 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:702





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 – Le Carbone-Lorraine vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-554/08 P)

“Appell – Kompetizzjoni − Akkordji – Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE – Suq tal-prodotti abbażi ta’ karbonju u ta’ grafita għal applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi – Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 – Determinazzjoni tal-ammont tal-multa – Gravità tal-ksur − Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva − Prinċipju tan-natura individwali tal-pieni – Trattament ugwali − Prinċipju ta’ proporzjonalità”

1.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti tal-ksur kollu (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 21, 24)

2.                     Appell - Aggravji – Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà - Ilment jew argument ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà (ara l-punt 32)

3.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Effett ta’ prattika antikompetittiva - Kriterju mhux determinanti (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 43, 44)

4.                     Appell - Kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Eżami mill-ġdid, għal raġunijiet ta’ ekwità, tal-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Prim’Istanza fuq l-ammont ta’ multa imposta fuq impriża - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15) (ara l-punt 72)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tat-8 ta’ Ottubru 2008, Carbone-Lorraine vs Il-Kummissjoni (T-73/04), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/420/KE, tat-3 ta’ Diċembru 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-suq ta’ prodotti abbażi tal-karbonju u tal-grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi jew, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti - Ksur tal-prinċipju tan-natura individwali tal-pieni - Metodu ta’ kalkolu tal-ammont tal-multa imposta - Kooperazzjoni mill-qrib u kostanti matul il-proċedura amministrattiva - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Carbone-Lorraine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top