This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CJ0460
Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 10 December 2009. # European Commission v Hellenic Republic. # Failure of a Member State to fulfil obligations - Article 39 EC - Employment in the public service - Captain and officer (chief mate) on vessels - Conferment of powers of public authority on board - Requirement that they be nationals of the Member State whose flag the vessels fly. # Case C-460/08.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-10 ta' Diċembru 2009.
Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Ellenika.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 39 KE - Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika - Kaptani u uffiċjali (assistenti sekondi) ta’ bastimenti - Għoti tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika abbord - Rekwiżit ta’ ċittadinanza tal-Istat Membru tal-bandiera.
Kawża C-460/08.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-10 ta' Diċembru 2009.
Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Ellenika.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 39 KE - Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika - Kaptani u uffiċjali (assistenti sekondi) ta’ bastimenti - Għoti tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika abbord - Rekwiżit ta’ ċittadinanza tal-Istat Membru tal-bandiera.
Kawża C-460/08.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:774
Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Is‑Sitt Awla) tal‑10 ta’ Diċembru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja
(Kawża C‑460/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 39 KE – Impjiegi fl‑amministrazzjoni pubblika – Kaptani u uffiċjali (assistenti sekondi) ta’ bastimenti – Għoti tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika abbord – Rekwiżit ta’ ċittadinanza tal-Istat Membru tal-bandiera”
1. Moviment liberu tal-persuni - Derogi - Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika (Artikolu 39(4) KE) (ara l-punti 30, 31, 33, 34 u d-dispożittiv)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 35)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 39 tat-Trattat KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva għaċ-ċittadini Griegi l-impjiegi ta’ kaptani u ta’ assistenti sekondi fuq bastimenti Griegi kummerċjali u tas-sajd. |
Dispożittiv
1) Billi żammet fis-seħħ fil-leġiżlazzjoni tagħha r-rekwiżit taċ-ċittadinanza Griega għall-aċċess għall-impjiegi ta’ kaptan u ta’ uffiċjal (assistent sekond) fuq il-bastimenti kollha li jtajru bandiera Griega, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 39 KE.
2) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.