This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CJ0410
Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 17 December 2009.#Swiss Caps AG v Hauptzollamt Singen.#References for a preliminary ruling: Finanzgericht Baden-Württemberg - Germany.#Common Customs Tariff - Combined Nomenclature - Tariff classification - Tariff headings 1515, 1517, 2106 and 3004 - Gelatin capsules - Fish oil, wheat-germ oil and black cumin oil - Concept of ‘packaging’.#Joined cases C-410/08 to C-412/08.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tas-17 ta' Diċembru 2009.
Swiss Caps AG vs Hauptzollamt Singen.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari: Finanzgericht Baden-Württemberg - il-Ġermanja.
Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestaturi 1515, 1517, 2106 u 3004 - Kapsuli tal-ġelatina - Żejt tal-ħuta, taż-żerriegħa tal-qamħ u tan-niġella - Kunċett ta’ ‘ippakkjar’.
Każijiet Magħquda C-410/08 sa C-412/08.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tas-17 ta' Diċembru 2009.
Swiss Caps AG vs Hauptzollamt Singen.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari: Finanzgericht Baden-Württemberg - il-Ġermanja.
Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestaturi 1515, 1517, 2106 u 3004 - Kapsuli tal-ġelatina - Żejt tal-ħuta, taż-żerriegħa tal-qamħ u tan-niġella - Kunċett ta’ ‘ippakkjar’.
Każijiet Magħquda C-410/08 sa C-412/08.
Ġabra tal-Ġurisprudenza 2009 I-11991
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:794
** AFFAIRE C-410/8 **
*A9* Finanzgericht Baden-Württemberg, Beschluss vom 02/09/2008 (11 K 130/02)
** AFFAIRE C-411/8 **
*A9* Finanzgericht Baden-Württemberg, Beschluss vom 02/09/2008 (11 K 131/02)
** AFFAIRE C-412/8 **
*A9* Finanzgericht Baden-Württemberg, Beschluss vom 02/09/2008 (11 K 160/02)
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
17 ta’ Diċembru 2009 ( *1 )
“Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Intestaturi 1515, 1517, 2106 u 3004 — Kapsuli tal-ġelatina — Żejt tal-ħuta, taż-żerriegħa tal-qamħ u tan-niġella — Kunċett ta’ ‘ippakkjar’”
Fil-Kawżi magħquda C-410/08 sa C-412/08
li għandhom bħala suġġett tliet talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Finanzgericht Bade-Wurtemberg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tat-2 ta’ Settembru 2008, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-22 ta’ Settembru 2008, fil-proċedura
Swiss Caps AG
vs
Hauptzollamt Singen,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn E. Levits (Relatur), President tal-Awla u M. Ilešič u J.-J. Kasel, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,
Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-29 ta’ Ottubru 2009,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Swiss Caps AG, minn H.-J. Prieß u B. Sachs, avukat, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Bouyon u B.-R. Killmann, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-intestaturi 1515, 1517, 2106 u 3004, kif ukoll ir-Regola Ġenerali 5 tan-nota ta’ spjega tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2388/2000, tat-13 ta’ Ottubru 2000 (ĠU L 264, p. 1, iktar ‘il quddiem in-“NM”). Permezz ta’ rettifika għal dan ir-regolament (L 276, p. 92), in-numru oriġinali 2263/2000 ġie sostitwit bin-Nru 2388/2000. |
2 |
Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ tliet kawżi bejn, Swiss Caps AG (iktar ‘il quddiem “Swiss Caps”) u l-Hauptzollamt Singen dwar il-klassifikazzjoni fin-NM ta’ tliet tipi ta’ kapsuli li prinċipalment fihom, żejt tal-ħuta, żejt taż-żerriegħa tal-qamħ, u żejt tan-niġella, rispettivament, bħala preparazzjonijiet tal-ikel li din il-kumpannija importat mill-Ġermanja. |
Il-kuntest ġuridiku
3 |
In-NM, imwaqqfa bir-Regolament Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta’ oġġetti (iktar ‘il quddiem is-“SA”), imfassla mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, u mwaqqfa minn Konvenzjoni Internazzjonali konkluża fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta’ April 1987 (ĠU L 198, p. 1). In-NM adottat l-intestaturi u s-subintestaturi b’sitt ċifri tas-SA, filwaqt li s-seba’ u t-tmien ċifri biss jifformaw is-subintestaturi proprji tagħha. |
4 |
L-ewwwl parti tan-NM tinkludi ġabra ta’ dispożizzjonijiet preliminari. F’din il-parti, taħt l-ewwel taqsima, iddedikata għad-dispożizzjonijiet ġenerali, it-Taqsima A, intitolata “Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-[NM]” (iktar ‘il quddiem ir-“regoli ġenerali”), tipprovdi: “Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għanda tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin.
[…]
[…]” |
5 |
In-nota ta’ qiegħ il-paġna dwar it-terminu “materjali ta’ ippakkjar” u “kontenituri ta’ ippakkjar” li jinsab fir-regola 5(b) tippreċiża: “It-termini “materjali ta’ ippakkjar” u “kontenituri ta’ ippakkjar” ifissru kwalunkwe kontenituri esterni jew interni, holders, sarr jew irfid għajr armar għat-trasport (eż. kontenituri għat-trasport), tarpolini, taljoli jew tagħmir ta’ trasport anċillari. It-terminu “kontenituri ta’ ippakkjar” ma jkoprix il-kontenituri msemmijin fir-regola ġenerali 5(a)”. |
6 |
It-Tieni Parti tan-NM tinkludi Taqsima III, li min-naħa tagħha, tinkludi Kapitolu 15 intitolat “Xaħmijiet u żjut ta’ annimali jew ħxejjex u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xamgħat ta’ l-annimali jew ħxejjex”. |
7 |
It-Taqsimiet IV u VI tan-NM jinkludu l-Kapitolu 21 intitolat “Preparazzjonijiet diversi tajbin għall-ikel”, kif ukoll il-Kapitolu 30 intitolat “Prodotti farmaċewtiċi” rispettivament. |
8 |
In-nota ta’ spjega dwar l-intestatura 2106 hija fformulata kif ġej: “Sakemm mhumiex ikklassifikati f’intestaturi oħra tan-Nomenklatura, din l-intestatura tinkludi:
|
Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari
Kawża C-410/08
9 |
Fit-8 ta’ Frar 2001 Swiss Caps iddikjarat għall-importazzjoni fil-Ġermanja, żewġ kaxxi kapsuli tal-ġelatina ratba tal-Omega 3, mhux ippreżentati għall-bejgħ bl-imnut, fis-subintestatura 21069098 tan-NM. |
10 |
Kull kapsula fiha 600 mg żejt tal-ħuta kkonċentrat, ippressat bil-kiesaħ, u 22.8 mg Vitamina E ikkonċentrata. Il-qoxra ta’ kull waħda minn dawn il-kapsuli tikkonsisti f’212.8 mg ta’ ġelatina, 77.7 mg ta’ gliċerina u 159.6 mg ta’ ilma msoffi. |
11 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Diċembru 2001, il-Hauptzollamt Singen qies li l-kapsuli tal-Omega-3 kellhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura 15179099 u, konsegwentement, żied id-dazji fuq l-importazzjoni oriġinali, minn DM 525.73 (jiġifieri madwar EUR 263) għal EUR 1058.30. Swiss Caps ippreżentat dan ir-rikors, kontra din id-deċiżjoni, quddiem il-Finanzgericht Bade-Wurtemberg. |
12 |
Fid-dawl tal-kontenut tal-kapsuli inkwistjoni fil-kawża principali, tal-mod kif jaħdmu, tal-ippakkjar tagħhom u tal-fatt li jirrigwardaw indubjament preparazzjonijiet tal-ikel li jintużaw bħala suppliment, il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji dwar il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-prodotti fl-intestatura 1517. |
13 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht du Bade-Wurtemberg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Kawża C-411/08
14 |
Fit-30 ta’ April 2001 Swiss Caps iddikjarat għall-importazzjoni fil-Ġermanja palit ta’ kapsuli taż-żerriegħa tal-qamħ, mhux ippreżentata għall-bejgħ bl-imnut, fis-subintestatura 21069098 tan-NM. |
15 |
Kull kapsula fiha 580 mg ta’ żejt taż-żerriegħa tal-qamħ, li l-ippakkjar tagħhom huwa magħmul minn qoxra li tikkonsisti f’ 250 mg ta’ trab tal-lamtu. |
16 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Diċembru 2001, il-Haupzollamt Singen qies li l-kapsuli taż-żerriegħa tal-qamħ kellhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura 15159099 u, konsegwentement, żied id-dazji fuq l-importazzjoni oriġinali, minn DM 100.74 (jiġifieri madwar EUR 50) għal EUR 125.74. Swiss Caps ippreżentat dan ir-rikors, kontra din id-deċiżjoni, quddiem il-Finanzgericht Bade-Wurtemberg. |
17 |
Fid-dawl tal-ippakkjar tal-kapsuli inkwistjoni fil-kawża principali, u tal-fatt li jirrigwardaw indubjament preparazzjonijiet tal-ikel li jintużaw bħala suppliment, il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji dwar il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-prodotti fl-intestatura 1515. |
18 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht du Bade-Wurtemberg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Kawża C-412/08
19 |
Fis-16 ta’ Ottubru 2000 Swiss Caps iddikjarat għall-importazzjoni fil-Ġermanja palit ta’ kapsuli taż-żejt tal-kemmun iswed, mhux ippreżentati għall-bejgħ bl-imnut, fis-subintestatura 21069098 tan-NM |
20 |
Kull kapsula fiha 500 mg żejt tal-kemmun iswed, ippressat bil-kiesaħ, 38.7 mg ta’ żejt tas-sojja, 18.8 mg ta’ Vitamina E, 16 mg ta’ xaħam tal-butir, 10 mg ta’ leċitina, 8.2 mg ta’ xama’, 8 mg ta’ pantotenat tal-kalċju, 0.2 mg ta’ aċidu foliku u 0.11 mg ta’ bijotina. Il-qoxra ta’ kull kapsula tikkonsisti f’313.97 mg massa ta’ ġelatina (47.3% ta’ ġelatina, 17.2% ta’ gliċerina, 35.5% ta’ ilma), f’4.30 mg ta’ pejst magħmul minn 50% ta’diossidu tat-titanju u 50% ta’ gliċerina u f’1.73 mg ta’ pejst magħmul minn 25% ta’ laker tal-kinolin isfar u minn 75% ta’ gliċerina. |
21 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat-2 ta’ Mejju 2001, il-Haupzollamt Singen qies li l-kapsuli kapsuli taż-żejt tal-kemmun iswed kellhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura 15179099u, konsegwentement, żied id-dazji fuq l-importazzjoni oriġinali, minn DM 1226.71 (jiġifieri madwar EUR 613) għal DM 2672.84 (jiġifieri madwar EUR 1336). Swiss Caps ippreżentat dan ir-rikors, kontra din id-deċiżjoni, quddiem il-Finanzgericht Bade-Wurtemberg. |
22 |
Fid-dawl tal-kontenut tal-kapsuli inkwistjoni fil-kawża principali, tal-ippakkjar tagħhom u tal-fatt li jirrigwardaw indubjament preparazzjonijiet tal-ikel li jintużaw bħala suppliment, il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji dwar il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-prodotti fl-intestatura 1517 tan-NM. |
23 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht du Bade-Wurtemberg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
24 |
Preliminarjament, għandu jiġi enfasizzat li, fit-tliet kawżi, il-prodotti li dwarhom il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, il-klassifikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandhom karatteristiċi simili, jiġifieri li, skont l-imsemmija qorti, dawn jirrigwardaw preparazzjonijiet tal-ikel li jintużaw bħala suppliment, li jikkonsistu prinċipalment f’żejt tal-ħxejjex jew tal-annimali li ġie miżjud b’ċertu kwantità ta’ vitamini. Dawn il-preparazzjonijiet jinsabu f’qoxra li tikkonsisti, prinċipalment, f’ġelatina u ppreżentata fil-forma ta’ kapsula. |
25 |
Għaldaqstant, peress li d-domandi kollha magħmula f’dawn it-tliet kawżi huma intiżi sabiex jiddeterminaw, essenzjalment, f’liema intestatura tan-NM għandhom jiġu kklassifikati l-prodotti kkonċernati, hemm lok li tingħata risposta komuni għall-imsemmija domandi. |
26 |
Peress li ma hijiex konvinta mill-klassifikazzjoni tal-oġġetti kkonċernati taħt l-intestaturi 1515 u 1517 tan-NM, il-qorti tar-rinviju tissuġġerixxi l-klassifikazzjoni tagħhom taħt l-intestatura 2106 tan-NM. Barra minn hekk, hija tqis li klassifikazzjoni fil-Kapitolu 30 tan-NM ma hijiex rilevanti. |
27 |
Għandu jitfakkar li hija ġurisprudenza stabbilita, li fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-istħarriġ, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-oġġetti għandu jinsab, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħha, kif iddefiniti mill-kliem tal-intestatura tan-NM u tan-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-18 ta’ Ġunju 2009, Kloosterboer Services, C-173/08, Ġabra p. I-5347, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
28 |
In-Noti ta’ Spjega redatti, għal dak li jikkonċerna n-NM, mill-Kummissjoni u, għal dak li jikkonċerna s-SA, mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, jgħinu ħafna fl-interpretazzjoni tal-portata tad-diversi intestaturi mingħajr, madankollu, ma huma legalment vinkolanti (ara, is-sentenza Kloosterboer Services, iċċitata iktar ‘il fuq, punt 25). |
29 |
Barra minn hekk, l-użu intiż tal-prodott jista’ jikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni sakemm ikun inerenti għall-imsemmi prodott, u din in-natura inerenti għandha tkun tista’ tiġi evalwata abbażi tal-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu (ara s-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, Schenker, C-16/08, Ġabra p. I-5015, punt 25). |
30 |
F’dan il-każ, kemm mid-deċiżjonijiet tar-rinviju, kif ukoll mill-ispjegazzjonijiet mogħtja minn Swiss Caps matul is-seduta, jirriżulta li l-kapsuli inkwistjoni fit-tliet kawżi prinċipali huma preparazzjonijiet tal-ikel abbażi ta’ żejt tal-annimali jew tal-ħxejjex li jintużaw bħala supplimenti tal-ikel. |
31 |
F’dan ir-rigward, il-kliem tal-intestatura 2106 tan-NM isemmi l-preparazzjonijiet tal-ikel li ma humiex speċifikati jew inklużi band’oħra. In-Noti ta’ Spjega tas-SA għal din l-intestatura jippreċiżaw li din tinkludi, b’mod partikolari, il-preparazzjonijiet indikati ta’ spiss taħt l-isem ta’ “supplimenti tal-ikel”, ippreżentati f’ippakkjar li jindika li huma intiżi sabiex iżommu l-benesseri tal-ġisem. |
32 |
F’dan ir-rigward għandu jiġi enfasizzat li l-qoxra li fiha jinżammu ż-żjut inkwistjoni fil-kawżi prinċipali mhijex “ippakkjar” fis-sens tar-regola ġenerali 5. Fil-fatt, dan il-mod ta’ preżentazzjoni taż-żjut inkwistjoni huwa element deċiżiv li juri li jintużaw bħala supplimenti tal-ikel, peress li jiddetermina d-doża tal-preparazzjonijiet tal-ikel, il-mod kif jiġu assorbiti u l-parti tal-ġisem fejn suppost jibdew jaħdmu. Għaldaqstant, il-qoxra hija element li jiddetermina, flimkien mal-kontenut tagħha, l-użu u n-natura tal-prodotti inkwistjoni fil-kawżi prinċipali. |
33 |
Madankollu, klassifikazzjoni ta’ dawn l-oġġetti taħt l-intestatura 2106 hija possibbli biss jekk il-preparazzjonijiet tal-ikel ikkonċernati ma jkunux speċifikati jew inklużi band’oħra. |
34 |
Fl-ewwel lok, il-konvenut fit-tliet kawżi prinċipali iqis, fil-fatt, li l-oġġetti inkwistjoni għandhom jiġu kklassifikati f’intestatura tal-Kaptiolu 15 tan-NM, jiġifiieri bħala “Xaħmijiet u żjut ta’ annimali jew ħxejjex u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xamgħat ta’ l-annimali jew ħxejjex”. |
35 |
Għaldaqstant, l-oġġetti ddefiniti fl-intestaturi 1515 u 1517 tan-NM jirreferu għal xaħmijiet intiżi għal kull tip ta’ użu. |
36 |
Madankollu, minn naħa, il-fatt li l-materja prima li minnha huma komposti l-preparazzjonijiet tal-ikel inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, jiġifieri ż-żjut tal-annimali jew tal-ħxejjex, huma parzjalment imsemmija fl-intestaturi 1515 u 1517 tan-NM, ma jipprekludix li jiġu klassifikat fl-intestatura 2106, sa fejn, kif ġie enfasizzat fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, l-ippakkajar tagħhom f’kapsula jiddetermina kemm il-kontenut, kif ukoll il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħhom. Madankollu, l-intestaturi 1515 u 1517 tan-NM ma jippermettux li din il-karatteristika tal-prodotti tittieħed inkunsiderazzjoni. |
37 |
Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-fatt li mir-regola ġenerali 3(a) jirriżulta li l-intestatura li tagħti l-iżjed deskrizzjoni speċifika għandha tkun ippreferuta minn intestaturi li għandhom portata iktar ġenerali, l-oġġett inkwistjoni fit-tliet kawżi prinċipali jaqgħu taħt l-intestatura 2106 tan-NM, peress li fil-kuntest tal-kawżi prinċipali dawn huma iktar speċifiċi mill-intestaturi 1515 u 1517 tan-NM. |
38 |
Fit-tieni lok, klassifikazzjoni tal-prodotti taħt l-intestatura 3004 tan-NM ma hijiex possibbli sa fejn, kif jirriżulta mill-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, il-prodotti inkwistjoni fil-kawżi prinċipali ma humiex intiżi għal użi terapewtiċi jew profilattiċi kif meħtieġ mill-kliem tal-istess intestatura 3004 tan-NM. |
39 |
Fl-aħħar nett, fit-tielet lok, il-fatt li r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92, tat-3 ta’ Diċembru 1992, li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 369) jikklassifika preparazzjoni speċifika ta’ żejt f’kapsula tal-ġelatina fis-subintestatura 15179099 tan-NM, ma jipprekludix il-klassifikazzjoni tal-oġġetti inkwistjoni fit-tliet kawżi prinċipali, taħt l-intestatura 2106. |
40 |
Fil-fatt, minn naħa, l-imsemmija oġġetti ma humiex identiċi għal dawk imsemmija mir-Regolament Nru 3513/92. Min-naħa l-oħra, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2007, tal-20 ta’ April 2007, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda (ĠU L 56M, 2008, p. 313) jipprovdi, għal dak li jikkonċerna l-oġġetti li fil-kompożizzjoni, preżentazzjoni u użu tagħhom jixbhu lil dawk fil-kawżi prinċipali, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 2106 tan-NM. |
41 |
Għaldaqstant, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li n-NM li tinsab fl-Anness tar-Regolament Nru 2658/87 għandha tiġi interpretata fis-sens li:
jaqgħu taħt l-intestatura 2106 tan-NM. |
Fuq l-ispejjeż
42 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja, (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2388/2000, tat-13 ta’ Ottubru 2000, għandha tiġi interpretata fis-sens li: |
|
|
|
jaqgħu taħt l-intestatura 2106 tal-imsemmija Nomenklatura Magħquda. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.