EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0321

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta' April 2009.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Renju ta' Spanja.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst.
Kawża C-321/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:265





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ April 2009 –Il‑Kummissjoni vs Spanja

(Kawża C‑321/08)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu –Direttiva 2005/29/KE – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit‑terminu previst”

1.                     Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)

2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d‑Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar prattiki kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar prattiki kummerċjali żleali”), ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l‑obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Top