Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0249

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tad-29 ta' Ottubru 2009.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Taljana.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Politika Komunitarja tas-sajd - Konservazzjoni tar-riżorsi - Skema ta' kontroll fis-settur tas-sajd - Regolament [KE] Nru 894/97 - Artikolu 1(1) u (2) - Regolament [KEE] Nru 284/93 - Artikoli 2(1) u 31(1)u (2) - Projbizzjoni tal-għeżul tal-mitlaq - Nuqqas ta' sistema ta' kontroll effettiva sabiex tiġi osservata din il-projbizzjoni.
Kawża C-249/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:672





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 – Il‑Kummissjoni vs L‑Italja

(Kawża C‑249/08)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Politika Komunitarja tas-sajd – Konservazzjoni tar-riżorsi – Skema ta’ kontroll fis-settur tas-sajd – Regolament [KE] Nru 894/97 – Artikolu 11 – Regolament (KEE) Nru 2241/87 – Artikolu 1(1) u (2) – Regolament (KEE) Nru 2847/93 – Artikoli 2(1), u 31(1) u (2) – Projbizzjoni tal-għeżul tal-mitlaq – Nuqqas ta’ sistema ta’ kontroll effikaċi sabiex tiġi osservata din il-projbizzjoni”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 28)

2.                     Sajd - Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar - Miżuri ta’ kontroll - Obbligi tal-Istati Membri (Artikolu 10 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 2241/87, Artikolu 1(1), u Nru 2847/93, Artikoli 1(2) u 31(1) u (2) (ara l-punti 30-33)

3.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Oneru tal-Kummissjoni - Produzzjoni ta’ elementi li juru n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Oneru tal-konfutazzjoni fuq l-Istat Membru konvenut (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 45, 46)

4.                     Sajd - Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar - Miżuri ta’ kontroll - Obbligu tal-Istati Membri li jieħdu miżuri kontra ksur (Regolamenti tal-Kunsill Nru 2241/87, Artikolu 1(2), u Nru 2847/93, Artikolu 31(1) u (2)) (ara l-punti 59-64, 70-72, 77)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal‑Kunsill (KEE) Nru 2241/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, li jistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll għall-attivitajiet tas-sajd (ĠU L 207, p. 1), u tal-Artikoli 2 u 31(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol 2, p. 70) - Spezzjoni u kontrolli tal‑bastimenti tas-sajd u tal-attivitajiet tagħhom - Miżuri li għandhom jittieħdu fil‑każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ - Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw iż-żamma abbord u l-użu tal-għeżul tal-mitlaq.

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tikkontrolla, tispezzjona u tissorvelja b’mod suffiċjenti, fit‑territorju u fl-ibħra marittimi tagħha suġġetti għas-sovranità jew il‑ġurisdizzjoni tagħha, l-attività tas-sajd, b’mod partikolari fir-rigward tal‑osservanza tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw iż-żamma abbord u l-użu tal-għeżul tal-mitlaq, u billi ma żguratx b’mod suffiċjenti t-teħid ta’ miżuri xierqa fir-rigward tal-awturi tal-ksur tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar iż‑żamma abbord u l-użu tal-għeżul tal-mitlaq, b’mod partikolari bl‑applikazzjoni ta’ sanzjonijiet dissważivi kontra l-imsemmija awturi, ir‑Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2241/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, li jistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll għall-attivitajiet tas-sajd, kif ukoll taħt l-Artikoli 2(1) u 31(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall‑politika tas-sajd komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2846/98, tas-17 ta’ Diċembru 1998.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top