This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CB0183
Case C-183/08 P: Order of the Court of 5 March 2009 — Commission of the European Communities v Provincia di Imperia (Appeal — Article 119 of the Rules of Procedure — Conditions governing the admissibility of an action for annulment — Interest in bringing an action — Call for proposals regarding the financing of innovative actions under the European Social Fund — Dismissal — Benefit for the applicant arising from a possible annulment of the contested act)
Kawża C-183/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 5 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Provincia di Imperia (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Sejħa għal proposti rigward il-finanzjament ta’ azzjonijiet innovattivi taħt il-Fond Soċjali Ewropew — Deċiżjoni ta’ ċaħda — Eżistenza, għar-rikorrenti, ta’ benefiċċju li jirriżulta mill-annullament eventwali tal-att ikkontestat)

ĠU C 113, 16.5.2009, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/17 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Provincia di Imperia
(Kawża C-183/08 P) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Sejħa għal proposti rigward il-finanzjament ta’ azzjonijiet innovattivi taħt il-Fond Soċjali Ewropew - Deċiżjoni ta’ ċaħda - Eżistenza, għar-rikorrenti, ta’ benefiċċju li jirriżulta mill-annullament eventwali tal-att ikkontestat)
2009/C 113/34
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u L. Flynn, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Provincia di Imperia (rappreżentanti: K. Platteau u S. Ristagno, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Frar 2008, Provincia di Imperia vs Il-Kummissjoni (T-351/05) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat ammissibbli (imma infondat) ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ġunju 2005, li tirrifjuta li tikkonċedilha sussidju fil-kuntest ta’ sejħa għal proposti rigward atti innovattivi taħt il-Fond Soċjali Ewropew — Ksur tal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament — Kunċett ta’ interess ġuridiku — Nuqqas, għar-rikorrenti, ta’ benefiċċju li jirriżulta mill-annullament eventwali tal-att ikkontestat
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat. |
2) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |