Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0078

Kawżi magħquda C-78/08 sa C-80/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Paint Graphos Soc. coop. arl (C-78/08), Adige Carni Soc. coop. arl, fi stralċ vs Agenzia delle Entrate, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-79/08), u Ministero delle Finanze vs Michele Franchetto (C-80/08) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ammissibbiltà — Għajnuna mill-Istat — Vantaġġi fiskali mogħtija lis-soċjetajiet kooperattivi — Klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87 KE — Kompatibbiltà mas-suq komuni — Kundizzjonijiet)

ĠU C 311, 22.10.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Paint Graphos Soc. coop. arl (C-78/08), Adige Carni Soc. coop. arl, fi stralċ vs Agenzia delle Entrate, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-79/08), u Ministero delle Finanze vs Michele Franchetto (C-80/08)

(Kawżi magħquda C-78/08 sa C-80/08) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ammissibbiltà - Għajnuna mill-Istat - Vantaġġi fiskali mogħtija lis-soċjetajiet kooperattivi - Klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87 KE - Kompatibbiltà mas-suq komuni - Kundizzjonijiet)

2011/C 311/06

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate (C-78/08), Adige Carni Soc. coop. arl, fi stralċ (C-79/08), Ministero delle Finanze (C-80/08)

Konvenuti: Paint Graphos scarl (C-78/08), Agenzia delle Entrate, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-79/08), Michele Franchetto (C-80/08)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tal-Artikoli 81 KE, 87 KE u 88 KE, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 280), u tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE, tat-22 ta’ Lulju 2003, li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 338) — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Liġi Taljana li tagħti vantaġġi fiskali lill-kooperattivi agrikoli, tal-produzzjoni u tal- ħaddiema

Dispożittiv

Eżenzjonijiet fiskali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija lis-soċjetajiet kooperattivi tal-produzzjoni u tax-xogħol taħt leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tinsab fl-Artikolu 11 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 601, tad-29 ta’ Settembru 1973, li jirregola l-vantaġġi fiskali, fil-verżjoni tiegħu li kienet fis-seħħ mill-1984 sal-1993, jikkostitwixxu “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE biss jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Fir-rigward ta’ sitwazzjoni bħal dik li wasslet għall-kawżi li għandha quddiemha l-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tevalwa b’mod iktar partikolari n-natura selettiva tal-eżenzjonijiet fiskali kkonċernati kif ukoll l-eventwali ġustifikazzjoni tagħhom minħabba n-natura jew l-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali nazzjonali li jagħmlu parti minnha, u dan billi tiddetermina, b’mod partikolari, jekk is-soċjetajiet kooperattivi inkwistjoni fil-kawżi prinċipali jinsabux fil-fatt f’sitwazzjoni komparabbli għal dik ta’ operaturi oħra inkorporati fil-forma ta’ entitajiet ġuridiċi bi skop ta’ lukru u, jekk dan effettivament ikun il-każ, jekk it-trattament fiskali iktar favorevoli rriżervat lill-imsemmija soċjetajiet kooperattivi huwiex, minn naħa, inerenti għall-prinċipji essenzjali tas-sistema ta’ tassazzjoni applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat u, min-naħa l-oħra, konformi mal-prinċipji ta’ koerenza u ta’ proporzjonalità.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008.


Top