This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0036
Case C-36/08: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 2 October 2008 — Commission of the European Communities v Hellenic Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Directive 93/16/EEC — Specific training required to practise as a general practitioner — Incorrect transposition)
Kawża C-36/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 2 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 93/16/KEE — Taħriġ speċifiku meħtieġ sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta' tabib ġeneralista — Traspożizzjoni mhux korretta)
Kawża C-36/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 2 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 93/16/KEE — Taħriġ speċifiku meħtieġ sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta' tabib ġeneralista — Traspożizzjoni mhux korretta)
ĠU C 301, 22.11.2008, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 301/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-36/08) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 93/16/KEE - Taħriġ speċifiku meħtieġ sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta' tabib ġeneralista - Traspożizzjoni mhux korretta)
(2008/C 301/23)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 30, 31 u 36 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 93/16/KEE, tal-5 ta' April 1993, biex tiffaċilità l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u provi oħra ta' kwalifiki formali tagħhom (ĠU L 165 p. 1) — Taħriġ speċifiku meħtieġ sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta' tabib ġeneralista
Dispożittiv
1) |
Billi adottat u żammet fis-seħħ regoli bħal dawk tal-Artikolu 29(d.1) u (d.2) tal-Liġi 3209/2003, li mhumiex konformi mal-Artikoli 30, 31 u 36 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 93/16/KEE, tal-5 ta' April 1993, biex tiffaċilità l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u provi oħra ta' kwalifiki formali tagħhom, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta' Mejju 2001, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija Artikoli 30, 31 u 36. |
2) |
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |