EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TJ0430

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (ir-Raba' Awla) tad-29 ta' April 2009.
Bodegas Montebello, SA vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MONTEBELLO RHUM AGRICOLE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MONTEBELLO - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
Kawża T-430/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:127





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ April 2009 – Bodegas Montebello vs UASI – Montebello (MONTEBELLO RHUM AGRICOLE)

(Kawża T-430/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MONTEBELLO RHUM AGRICOLE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MONTEBELLO – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 34, 36, 39)

2.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu parzjali (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 42, 43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Settembru 2007 (Każ R 223/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Montebello, SA u Montebello SARL.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Montebello SARL

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva MONTEBELLO RHUM AGRICOLE għal prodotti fil-klassi 33 – Applikazzjoni Nru 2666386

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Bodegas Montebello, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Spanjola MONTEBELLO għal prodotti fil-klassi 33 – Applikazzjoni Nru 1148196

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell milqugħ u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bodegas Montebello, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top