This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TJ0344
Judgment of the General Court (Sixth Chamber) of 10 February 2010. # O2 (Germany) GmbH & Co. OHG v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (OHIM). # Community trade mark - Application for the Community word mark Homezone - Absolute grounds for refusal - Distinctive character - Descriptive character - Article 7(1)(b) and (c) of Regulation (EC) No 40/94 (now Article 7(1)(b) and (c) of Regulation (EC) No 207/2009). # Case T-344/07.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (is-Sitt Awla) tal-10 ta' Frar 2010.
O2 (Germany) GmbH & Co. OHG vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Homezone - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
Kawża T-344/07.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (is-Sitt Awla) tal-10 ta' Frar 2010.
O2 (Germany) GmbH & Co. OHG vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Homezone - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
Kawża T-344/07.
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:35
SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)
10 ta’ Frar 2010 ( *1 )
“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Homezone — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Fil-Kawża T-344/07,
O2 (Germany) GmbH & Co. OHG, stabbilita f’München (il-Ġermanja), irrappreżentata minn A. Fottner u M. Müller, avukati,
rikorrenti,
vs
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), irrappreżentat minn S. Schäffner, bħala aġent,
konvenut,
li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Lulju 2007 (Każ R 1583/2006-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Homezone bħala trade mark Komunitarja,
IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),
komposta minn A. W. H. Meij, President, V. Vadapalas u L. Truchot (Relatur), Imħallfin,
Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,
wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti fl-10 ta’ Settembru 2007,
wara li rat ir-risposta ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-21 ta’ Diċembru 2007,
wara s-seduta tat-18 ta’ Diċembru 2008,
tagħti l-preżenti
Sentenza
Il-fatti li wasslu għall-kawża
1 |
Fl-10 ta’ Ottubru 2005, ir-rikorrenti, O2 (Germany) GmbH & Co. OHG, ressqet applikazzjoni għal trade mark Komunitarja lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif emendat [issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, fuq it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1). |
2 |
It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija s-sinjal verbali Homezone. |
3 |
Il-prodotti u s-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jaqgħu taħt il-klassijiet 9, 38 u 42 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat. |
4 |
Permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Novembru 2006, l-eżaminatur ċaħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, skont l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u (2) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009] għall-prodotti u s-servizzi li ġejjin:
|
5 |
Fl-1 ta’ Diċembru 2006, ir-rikorrenti appellat minn din id-deċiżjoni. |
6 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-5 ta’ Lulju 2007 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), ir-Raba’ Bord tal-Appell ċaħad l-appell u kkonferma d-deċiżjoni tal-eżaminatur. L-ewwel nett, il-Bord tal-Appell, ikkunsidra li l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 kien jostakola r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Homezone. Huwa qies li din tal-aħħar kienet komposta esklużivament minn indikazzjonijiet li setgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw il-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi inkwistjoni. Sussegwentement il-Bord tal-Appell indika li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni lanqas ma kienet tiddistingwi l-prodotti u s-servizzi kkonċernati skont l-oriġini kummerċjali tagħhom u li trade mark verbali li tindika b’mod direttament perċettibbli l-karatteristiċi tal-imsemmija prodotti jew servizzi kienet, għalhekk, bla dubju mingħajr karattru distintiv. Fl-aħħar, huwa ppreċiża li r-raġunijiet għal rifjut bbażati fuq l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ), ma setgħux jitwarrbu skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009). Peress li r-rikorrenti ma pprovatx l-aċċettazzjoni tat-trade mark fil-Gran Brittanja u fl-Irlanda, ir-raġunijiet għal rifjut jeżistu mhux biss fir-reġjuni fejn huwa mitkellem il-Ġermaniż, iżda wkoll fir-reġjuni fejn huwa mitkellem l-Ingliż. |
It-talbiet tal-partijiet
7 |
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
8 |
L-UASI jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
Id-dritt
Fuq l-ammissibbiltà tad-dokumenti prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali
9 |
Matul is-seduta, ir-rikorrenti pproduċiet diversi dokumenti insostenn tar-risposta tagħha għal waħda mid-domandi bil-miktub li saru mill-Qorti Ġenerali. |
10 |
L-UASI osserva li dawn id-dokumenti ġew prodotti tardivament. |
11 |
Peress li r-risposta għad-domandi li saru mill-Qorti Ġenerali ma tirrikjedi l-produzzjoni ta’ ebda dokument, dawn id-dokumenti, prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali, ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni. Fil-fatt, ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali huwa intiż għall-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell tal-UASI, skont l-Artikolu 63 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 207/2009), b’mod li l-funzjoni tal-Qorti Ġenerali mhijiex li teżamina mill-ġdid iċ-ċirkustanzi fattwali fid-dawl tad-dokumenti prodotti għall-ewwel darba quddiemha. Għaldaqstant dawn id-dokumenti għandhom jitwarrbu mingħajr ma jkun neċessarju li tiġi eżaminata s-saħħa probatorja tagħhom [ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2005, Sadas vs UASI — LTJ Diffusion (ARTHUR U FELICIE), T-346/04, Ġabra p. II-4891, punt 19, u tat-12 ta’ Novembru 2008, Nalocebar vs UASI — Limiñana y Botella (Limoncello di Capri), T-210/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 16, u l-ġurisprudenza ċċitata]. |
Fuq il-mertu
12 |
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi. Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94, hija ssostni li, kuntrarjament għal dak li ddeċieda l-Bord tal-Appell, is-sinjal verbali Homezone ma jindikax il-prodotti u s-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni. Fil-kuntest tat-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, hija ssostni li, sabiex jikkonkludi li s-sinjal kien nieqes minn karattru distintiv, il-Bord tal-Appell ibbaża lilu nnifsu biss fuq il-karattru deskrittiv ta’ dan is-sinjal, mingħajr ma pprova n-nuqqas tal-karattru distintiv. Fl-aħħar nett, fil-kuntest tal-aħħar motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94, hija ssostni li, minħabba l-użu li jsir minnu, is-sinjal Homezone għandu karattru distintiv. |
Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94
— L-argumenti tal-partijiet
13 |
Ir-rikorrenti ssostni li r-raġuni għal rifjut ibbażata fuq l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 tapplika biss għat-trade marks u għall-indikazzjonijiet li jindikaw direttament prodotti jew servizzi. Sabiex ikun jista’ jingħad li trade mark tindika prodotti jew servizzi, hemm bżonn li din l-indikazzjoni tkun tant ċara u ċerta li l-pubbliku kkonċernat ikun jista’ joħloq immedjatament u mingħajr riflessjoni ulterjuri rabta konkreta u diretta bejn il-prodotti u s-servizzi kkonċernati u t-tifsira tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni. Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-pubbliku kkonċernat, inklużi l-ispeċjalisti, jipperċepixxu s-sinjali distintivi ta’ prodotti u ta’ servizzi hekk kif jidhrulhom u li, normalment, ma tantx joqgħod janalizza t-termini sabiex fihom jaqra xi tip ta’ indikazzjoni. |
14 |
Skont ir-rikorrenti, il-Bord tal-Appell ma pprovax li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kienet tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet. Hija ssostni li l-Bord tal-Appell ma indikax fejn, fil-lingwaġġ ta’ kuljum Ingliż jew Ġermaniż, it-terminu “homezone”, li ma għandu ebda funzjoni ta’ isem, huwa deskrittiv. Ir-rikorrenti żżid li huwa żbaljat li l-Bord tal-Appell qies li l-pubbliku li jitkellem bil-Ġermaniż kien jifhem “homezone” jew “home zone” fis-sens li tfisser “żona ta’ residenza” jew “żona ta’ prossimità”. Hija ssostni fl-aħħar nett li l-Bord tal-Appell ma weriex l-eżistenza ta’ rabta diretta bejn it-terminu “homezone” u l-prodotti u s-servizzi kkonċernati jew il-karatteristiċi tagħhom. |
15 |
L-UASI jirrispondi li l-element verbali “homezone” jista’ jiddeskrivi karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi kkonċernati. Skont l-UASI, “homezone” tista’ tindika żona li għaliha tapplika tariffa mnaqqsa, meta mqabbla mal-prezz tan-netwerk fiss, li tikkostitwixxi waħda mill-karatteristiċi tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni inklużi fil-klassi 38. Dan il-vantaġġ fit-tariffa huwa wkoll element rilevanti għas-servizzi l-oħrajn li jaqgħu taħt il-klassi 38, li normalment huma proposti mas-servizz ta’ telekomunikazzjoni. Barra minn hekk, il-prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 9, l-istess bħas-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 42 li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, huma indispensabbli għall-provvista tas-servizz ta’ telekomunikazzjoni. Il-fatt li dawn il-prodotti u servizzi jistgħu jintużaw barra mill-qasam tat-telekomunikazzjonijiet ma jeskludix li din il-funzjoni teknika, jiġifieri l-użu tagħhom għal skopijiet tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni inklużi fil-klassi 38, tkun il-karatteristika li tagħmel is-sinjal Homezome deskrittiv ta’ dawn il-prodotti. Barra minn hekk, is-sinjal Homezone jista’ jinforma lill-konsumatur bil-fatt li l-prodotti u s-servizzi inkwistjoni huma intiżi sabiex jiġu użati fid-dar jew li l-imsemmija servizzi huma suġġetti għal tariffi partikolari għaż-żona tad-dar. |
16 |
L-UASI jqis li l-obbligu li ssir interpretazzjoni globali tas-sinjal verbali inkwistjoni ġie osservat. Barra minn hekk, ma huwiex rilevanti li jiġu evalwati t-tifsiriet l-oħrajn possibbli tas-sinjal Homezone, peress li huwa biżżejjed li waħda mit-tifsiriet potenzjali tagħha jkollha karattru deskrittiv tas-servizzi u tal-prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni. |
17 |
Huwa jsostni li l-evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv tas-sinjal għandha tkun ibbażata fuq il-perspettiva tal-konsumatur medju u ta’ dak professjonist meta jkollu quddiemu l-prodotti inkwistjoni inklużi fil-klassi 9 u s-servizzi inkwistjoni li jaqgħu taħt il-klassijiet 38 u 42. Barra minn hekk, l-użu deskrittiv tas-sinjal fejn huwa mitkellem il-Ġermaniż ġie kkonstatat abbażi ta’ informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha. |
— Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali
18 |
Skont l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94, ir-reġistrazzjoni ta’ trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu fil-kummerċ sabiex jindikaw ix-xorta, il-kwalità, il-kwantità, l-użu intenzjonat, il-valur, l-oriġini ġeografika jew il-ħin ta’ produzzjoni tal-prodotti jew ta’ meta ngħata s-servizz, jew karatteristiċi oħrajn tal-prodotti jew servizzi, hija rrifjutata. |
19 |
Barra minn hekk, mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 40/94 jirriżulta li r-reġistrazzjoni ta’ sinjal għandha tiġi rrifjutata meta jkollu karattru deskrittiv jew ma jkollux karattru distintiv fil-lingwa ta’ Stat Membru, anki jekk ikun jista’ jiġi rreġistrat fi Stat Membru ieħor (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Settembru 2002, DKV vs UASI, C-104/00 P, Ġabra p. I-7561, punt 40). |
20 |
Billi jipprojbixxi r-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja ta’ tali sinjali jew indikazzjonijiet, l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 isegwi għan ta’ interess ġenerali, li jirrikjedi li s-sinjali jew indikazzjonijiet li jiddeskrivu l-karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jkunu jistgħu jintużaw liberament minn kulħadd. Din id-dispożizzjoni tipprojbixxi, għalhekk, li tali sinjali jew indikazzjonijiet ikunu rriżervati għal impriża waħda minħabba r-reġistrazzjoni tagħhom bħala trade mark [sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 2003, UASI vs Wrigley, C-191/01 P, Ġabra p. I-12447, punt 31, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2007, Europig vs UASI (EUROPIG), T-207/06, Ġabra p. II-1961, punt 24]. |
21 |
Sabiex jaqa’ taħt l-effett tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94, huwa biżżejjed li sinjal verbali, tal-anqas f’waħda mit-tifsiriet potenzjali tiegħu, jindika karatteristika tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati [sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Frar 2004, Koninklijke KPN Nederland, C-363/99, Ġabra p. I-1619, punt 97, u d-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Frar 2008, Indorata-Serviços e Gestão vs UASI, C-212/07 P, mhux ippubblikat fil-Ġabra, punt 35; ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza tal-UASI vs Wrigley, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32]. |
22 |
Għalhekk, jeħtieġ, skont l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94, li jiġi eżaminat jekk, tal-anqas f’waħda mit-tifsiriet potenzjali tiegħu, is-sinjal inkwistjoni jindikax karatteristika tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati. |
23 |
Skont il-ġurisprudenza, il-karattru deskrittiv ta’ sinjal għandu jiġi evalwat, minn naħa, f’relazzjoni mal-prodotti jew mas-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni u, min-naħa l-oħra f’relazzjoni mal-perċezzjoni tiegħu li jkollu l-pubbliku rilevanti [sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2002, DaimlerChrysler vs UASI (CARCARD), T-356/00, Ġabra p. II-1963, punt 25, u tal-14 ta’ April 2005, Celltech vs UASI (CELLTECH), T-260/03, Ġabra p. II-1215, punt 28]. |
24 |
F’dan il-każ, kif osserva l-Bord tal-Appell, fil-punt 16 tad-deċiżjoni kkontestata, mingħajr ma ġie kkontestat mir-rikorrenti, it-terminu “homezone”, li huwa kompost minn kliem Ingliżi, jista’ jinftiehem mhux biss mill-konsumaturi li jitkellmu l-Ingliż, iżda wkoll, b’mod partikolari, mill-maġġoranza tal-konsumaturi li jitkellmu l-Ġermaniż, peress li l-kelma “zone” teżisti wkoll fil-Ġermaniż filwaqt li l-kelma “home” hija parti mill-vokabolarju bażiku tal-lingwa Ingliża. B’hekk, għandu jiġi kkunsidrat li l-pubbliku rilevanti huwa wieħed li jitkellem bl-Ingliż u bil-Ġermaniż. |
25 |
Peress li s-servizzi u l-prodotti inkwistjoni huma intiżi għal konsumaturi finali, iżda wkoll, uħud minnhom, għal pubbliku speċjalizzat, il-pubbliku rilevanti huwa magħmul kemm minn professjonisti kif ukoll mill-konsumaturi finali, normalment informati u raġonevolment attenti u avżati. |
26 |
Fir-rigward tat-tifsira tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, sabiex trade mark magħmulha minn kelma jew minn neoloġiżmu li jirriżulta minn kombinazzjoni ta’ elementi tiġi kkunsidrata li hija deskrittiva, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94, għandu jiġi kkonstatat karattru deskrittiv eventwali mhux biss għal kull wieħed mill-elementi, iżda wkoll għall-kelma jew għan-neoloġiżmu stess [sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2007, MacLean-Fogg vs UASI (LOKTHREAD), T-339/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 30, u l-ġurisprudenza ċċitata]. |
27 |
Trade mark magħmulha minn neoloġiżmu jew minn kelma komposta minn elementi li kull wieħed minnhom jiddeskrivi l-karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tiddeskrivi hija stess il-karatteristiċi ta’ dawn il-prodotti jew ta’ dawn is-servizzi, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94, ħlief jekk tkun teżisti differenza perċettibbli bejn in-neoloġiżmu jew il-kelma u l-kombinazzjoni sempliċi tal-elementi li jikkomponuha. Dan ifisser li, minħabba l-karattru mhux komuni tal-kombinazzjoni f’relazzjoni mal-imsemmija prodotti jew servizzi, in-neoloġiżmu jew il-kelma joħloq impressjoni biżżejjed differenti minn dik li toħloq is-sempliċi kombinazzjoni tal-indikazzjonijiet mogħtija mill-elementi li jikkomponuha, b’mod li tirbaħ il-kombinazzjoni tal-imsemmija elementi. F’dan ir-rigward, l-analiżi tat-terminu inkwistjoni fid-dawl tar-regoli lessikali u grammatikali xierqa hija wkoll rilevanti (ara s-sentenza LOKTHREAD, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
28 |
F’dan il-każ, is-sinjal Homezone huwa kompost minn żewġ kelmiet, “home” u “zone”, li huma magħqudin sabiex jifformaw kelma waħda. |
29 |
It-terminu “home” ifisser, bl-Ingliż, “dar, domiċilju, patrija” u jikkorrispondi għall-kelma “heim” bil-Ġermaniż. It-tieni terminu “zone”, li jeżisti wkoll fil-Ġermaniż, jindika, fiż-żewġ lingwi, territorju jew spazju limitat. Kull wieħed minn dawn l-elementi jista’, għalhekk, jippreżenta karattru deskrittiv, peress li għandu tifsira preċiża. |
30 |
Barra minn hekk, it-terminu “homezone”, kompost billi ġew magħqudin flimkien il-kliem “home” u “zone”, ma huwiex inabitwali fl-istruttura tiegħu. Anzi, din it-tip ta’ kombinazzjoni hija konformi mar-regoli grammatikali tal-lingwa Ingliża u ta’ dik Ġermaniża. Minn dan jirriżulta li s-sens li jista’ jingħata lis-sinjal kontenzjuż ma huwiex differenti minn dak li jirriżulta mill-kombinazzjoni taż-żewġ termini li jikkomponuh, b’mod li ma jistax joħloq impressjoni differenti minn dik li tinħoloq mis-sempliċi kombinazzjoni tal-indikazzjonijiet mogħtija minn dawn iż-żewġ termini. |
31 |
Ir-rikorrenti tammetti li, kif osserva l-Bord tal-Appell fil-punt 16 tad-deċiżjoni kkontestata, il-kliem “home” u “zone” għandhom sens fl-Ingliż. Madankollu hija tqis li din l-espressjoni tindika t-toroq ta’ żona residenzjali fejn, bl-adozzjoni ta’ diversi miżuri, l-enfasi jitqiegħed fuq ċerta kwalità ta’ ħajja u sigurtà kbira. Bil-Ġermaniż, l-espressjoni tista’ tinftiehem bħala “żona b’ċirkolazzjoni moderata”, “triq li tikkostitwixxi arja ta’ logħob” jew inkella “żona residenzjali”. Skont din, il-Bord tal-Appell ma weriex li dan is-sinjal jista’ jirreferi għall-kunċett ta’ “żona ta’ residenza” jew ta’ “żona ta’ prossimità” jew terminu li jindika, għall-pubbliku li jitkellem bl-Ingliż jew dak li jitkellem bil-Ġermaniż, prodotti jew servizzi ta’ telekomunikazzjoni. |
32 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, (ara l-punt 21 iktar ’il fuq), huwa biżżejjed li, f’waħda mit-tifsiriet potenzjali tiegħu, dan is-sinjal jindika karatteristika tal-prodotti u tas-servizzi kkonċernati, sabiex jaqa’ taħt l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94. Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 26 u 27 iktar ’il fuq jirriżulta li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark komposta minn neoloġiżmu tista’ tiġi miċħuda jekk jidher li l-imsemmija trade mark hija deskrittiva. Għaldaqstant ir-rikorrenti ma tistax tilmenta li l-Bord tal-Appell ibbaża l-evalwazzjoni tiegħu fuq traduzzjoni żbaljata tas-sinjal inkwistjoni u li ma kkunsidrax l-unika tifsira li għandha tingħatalu. |
33 |
Għaldaqstant, il-Bord tal-Appell ma għamilx żball meta ddeduċa mit-tifsira ta’ kull wieħed mill-elementi tiegħu li l-element verbali “homezone” ifisser, skont waħda mit-tifsiriet possibbli tiegħu, “żona ta’ residenza” jew “żona ta’ prossimità”. |
34 |
Peress li waħda mit-tifsiriet possibbli tas-sinjal kontenzjuż ġiet ġustament aċċettata mill-Bord tal-Appell, għandu jitfakkar li, sabiex tali sinjal jaqa’ taħt il-projbizzjoni stabbilita mill-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94, dan għandu jkollu mal-prodotti u s-servizzi inkwistjoni relazzjoni biżżejjed diretta u konkreta li tkun tali li tippermetti lill-pubbliku kkonċernat li jipperċepixxi immedjatament, u mingħajr ebda riflessjoni oħra, deskrizzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi inkwistjoni jew ta’ waħda mill-karatteristiċi tagħhom [digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Frar 2004, Streamserve vs UASI, C-150/02 P, Ġabra p. I-1461, punt 31; sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2002, Streamserve vs UASI (STREAMSERVE), T-106/00, Ġabra p. II-723, punt 40; tal-20 ta’ Novembru 2007, Tegometall International vs UASI — Wuppermann (TEK), T-458/05, Ġabra p. II-4721, punt 80, u tad-9 ta’ Lulju 2008, Reber vs UASI — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli (Mozart), T-304/06, Ġabra p. II-1927, punt 90]. |
35 |
Għandu jiġi eżaminat jekk din hijiex is-sitwazzjoni fil-każ inkwistjoni għall-prodotti u s-servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark. |
— Fuq is-servizzi ta’ telekomunikazzjoni li jaqgħu taħt il-klassi 38
36 |
Fir-rigward ta’ dawn is-servizzi, il-Bord tal-Appell iddeduċa l-karattru deskrittiv tat-terminu “homezone” abbażi ta’ żewġ konstatazzjonijiet. |
37 |
Minn naħa, fil-punti 17 u 18 tad-deċiżjoni kkontestata, huwa osserva li l-fornituri ta’ servizzi ta’ telefonija mobbli kienu joffru wħud minn dawn is-servizzi għal tariffi paragunabbli għal dawk tan-netwerk ta’ telefonija fissa meta l-utenti jinsab f’żona li huwa stess iddefinixxa u li, kif jixhdu l-eżempji li rriżultaw mill-internet imsemmija mill-eżaminatur, il-kelma “homezone” kienet użata minn ċerti fornituri, mhux bħala trade mark, iżda b’mod deskrittiv sabiex jiġu indikati dawn is-servizzi. |
38 |
Min-naħa l-oħra, fil-punt 19 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell ikkunsidra li l-kwistjoni dwar jekk is-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni kienx diġà użat sabiex jiġi indikat is-servizz ta’ telefonija mobbli deskritt ma kellhiex importanza, peress li ma kienx indispensabbli, sabiex applikazzjoni għal reġistrazzjoni tiġi miċħuda abbażi tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94, li s-sinjal ikun effettivament użat fil-ġurnata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni. Huwa żied li, f’dan il-każ, dan is-sinjal kien, bħala tali, adatt sabiex jindika l-karatteristika essenzjali ta’ tali servizz, jiġifieri ż-żona li għaliha kienet tapplika t-tariffa mnaqqsa, meta mqabbla mat-tariffa tan-netwerk fiss. |
39 |
Ir-rikorrenti ssostni li l-Bord tal-Appell ma weriex kif it-terminu “homezone” intuża sabiex jiġu indikati s-servizzi inkwistjoni. |
40 |
Għandu jiġi kkonstatat li, permezz tal-motivi mfakkra fil-punt 37 iktar ’il fuq, wara li l-Bord tal-Appell iddeskriva s-servizzi ta’ telefonija mobbli indikati, fil-fehma tiegħu, bit-terminu “homezone”, huwa rrefera għall-eżempji msemmija mill-eżaminatur sabiex minnhom jiddeduċi li din il-kelma kienet użata b’mod deskrittiv minn ċerti fornituri. |
41 |
Peress li l-Bord tal-Appell ibbaża ruħu fuq il-karatteristiċi ta’ ċerti servizzi ta’ telefonija mobbli speċifiċi preżenti fuq is-suq u mhux fuq il-karatteristiċi komuni ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni kkunsidrati indipendentement mill-preżenza tagħhom fuq is-suq, sabiex jiddeċiedi b’dan il-mod, huwa kellu juri l-karattru deskrittiv tat-trade mark mitluba fir-rigward tal-imsemmija servizzi ta’ telefonija mobbli. |
42 |
Issa, peress li l-Bord tal-Appell illimita ruħu sabiex jirreferi għall-eżempji meħuda mis-suq tat-telefonija mobbli msemmija mill-eżaminatur, mingħajr ma jiddeskrivihom, lanqas fil-qosor, id-deċiżjoni kkontestata ma tippermettix li jiġi konkluż li t-trade mark Homezone għandha karattru deskrittiv tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni li jaqgħu taħt il-klassi 38. |
43 |
Fil-fatt, l-imsemmija eżempji huma ċċitati mill-eżaminatur sabiex isostni r-raġunament intiż sabiex juri li peress li s-sinjal kontenzjuż kien diġà ntuża fis-suq ikkonċernat sabiex jindika prodotti u servizzi, dan huwa nieqes minn karattru distintiv. Għalhekk, dawn ma jistgħux jintużaw insostenn ta’ raġunament ibbażat fuq l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94, fir-rigward tal-karattru deskrittiv ta’ trade mark. |
44 |
Għandu jingħad ukoll li l-Bord tal-Appell ma jispjegax kif l-imsemmija eżempji jistgħu jiġġustifikaw il-karattru deskrittiv tat-trade mark Homezone. |
45 |
Barra minn hekk, anki fl-ipoteżi li kienu ssemmew fil-kuntest ta’ raġuni bbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94, l-eżempji msemmija mid-deċiżjoni kkontestata huma artikli mill-internet li huma ppreżentati f’forma elenkata mill-eżaminatur. Huwa llimita ruħu sabiex isemmi t-titoli tagħhom, l-indirizzi tas-siti li ġejjin minnhom kif ukoll sabiex jiċċita xi sentenzi li l-oriġini preċiża tagħhom ma ngħatatx, fejn l-imsemmija titoli u sentenzi, probabbilment meħuda minn dawn l-artikli, jirreferu għall-kelma “homezone” mingħajr iktar preċiżazzjoni fuq il-kapaċità ta’ dan it-terminu li jindika s-servizzi inkwistjoni. |
46 |
Il-konstatazzjoni li barra minn hekk saret mill-eżaminatur abbażi ta’ informazzjoni meħuda minn Wikipedija għandha wkoll titwarrab, peress li minħabba li din hija bbażata fuq artiklu meħud minn enċiklopedija kollettiva stabbilita fuq l-internet, li l-kontenut tagħha jista’ jiġi mibdul il-ħin kollu u, f’ċerti każijiet, minn kwalunkwe viżitatur, anki anonimu, tali konstatazzjoni sserraħ fuq informazzjoni inċerta. |
47 |
Il-Bord tal-Appell żied li l-azzjonijiet mibdija mir-rikorrenti kontra l-użu tal-kelma “homezone” mill-kompetituri tagħha, kif jirriżulta minn digriet għal miżuri provviżorji tal-5 ta’ Settembru 2005, ma setgħux jimpedixxu li dan it-terminu jiġi kkunsidrat bħala l-isem evidenti tas-servizzi inkwistjoni, mingħajr ma jiġi speċifikat la s-sens, il-kontenut tal-imsemmi digriet li fuqu huwa jibbaża l-evalwazzjoni tiegħu, u lanqas ir-rabta bejn dan id-digriet u din l-evalwazzjoni, peress li barra minn hekk, din tal-aħħar ġiet espressa bħala sempliċi affermazzjoni. |
48 |
Għandu jingħad ukoll li l-Bord tal-Appell ibbaża r-raġunament tiegħu fuq il-premessa preċiża li tgħid li l-karattru deskrittiv ta’ sinjal ma jiddependix mill-użu effettiv tiegħu (ara l-punt 38 iktar ’il fuq). Madankollu, huwa llimita ruħu sabiex josserva li s-sinjal Homezone kien adatt sabiex jindika t-tariffa mnaqqsa tas-servizz ta’ telefonija mobbli deskritt mingħajr ma ġie speċifikat fejn dan is-sinjal, li fir-rigward tiegħu huwa kien qal li seta’ jindika “żona ta’ residenza” jew “żona ta’ prossimità”, kien jinkludi referenza għall-kunċett ta’ tariffa u għalhekk, minħabba dan il-fatt, seta’ jindika servizz ta’ telekomunikazzjoni kkaratterizzat minn mod speċifiku ta’ pprezzar. |
49 |
Għaldaqstant il-Bord tal-Appell, li ddeċieda b’referenza esklużiva għal ċerti servizzi ta’ telefonija mobbli preżenti fis-suq, ma weriex ir-realtà tal-fatti li fuqhom huwa bbaża r-raġunament tiegħu. B’hekk, huwa ma stabbilixxiex li t-trade mark Homezone tista’ tindika servizz ta’ telekomunikazzjoni li jaqa’ taħt il-klassi 38 jew waħda mill-karatteristiċi tagħha. L-ewwel motiv għandu għalhekk jintlaqa’ f’dak li jikkonċerna s-servizzi. |
— Fuq is-servizzi l-oħrajn li jaqgħu taħt il-klassi 38
50 |
Fir-rigward ta’ dawn is-servizzi, il-Bord tal-Appell iġġustifika r-rifjut tar-reġistrazzjoni tas-sinjal Homezone, fil-punt 20 tad-deċiżjoni kkontestata, kif ġej: “Servizzi oħrajn fil-klassi 38 li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark jakkompanjaw u jsostnu l-użu tas-servizz telefoniku bil-possibbiltà ta’ tariffa bi prezz imnaqqas deskritt. B’hekk, meta jiġi konkluż kuntratt ta’ telefonija, il-fornitur ta’ servizzi spiss joffri ċertu apparat fuq kera. Illum, kuntratt ta’ telefonija mobbli ta’ spiss jippermetti li jingħataw servizzi online. Is-servizzi ta’ informazzjoni telefonika u servizzi oħrajn ta’ min jisfrutta n-netwerk, ta’ broker tal-informazzjoni u ta’ fornitur ta’ aċċess jagħmlu wkoll parti mill-offerta globali tipika li tiggarantixxi abitwalment kuntratt ta’ telefonija mobbli. L-organizzazzjoni tat-tariffa, inkluża l-għażla ‘Homezone’, hija direttament rilevanti għal dawn is-servizzi wkoll.” |
51 |
Għalhekk, sabiex jiddeċiedi dwar il-karattru deskrittiv tat-trade mark Homezone fir-rigward tas-servizzi l-oħra li jaqgħu taħt il-klassi 38, il-Bord tal-Appell irrefera speċifikament għas-servizzi ta’ informazzjoni telefonika u għas-servizzi l-oħrajn ipprovduti mill-utenti tan-netwerk, mill-brokers tal-informazzjoni u mill-fornituri ta’ aċċess, uħud minnhom online, fil-kuntest ta’ offerti globali ta’ telefonija mobbli normalment proposti minn dawn l-operaturi. |
52 |
Minn dan jirriżulta li huwa ddeduċa l-karattru deskrittiv tat-trade mark Homezone mill-konstatazzjoni li dawn is-servizzi huma relatati mas-servizzi ta’ telefonija mobbli li jinkludu l-għażla ta’ tariffa msejħa “homezone”, sa fejn huma proposti fl-istess ħin mal-offerta ta’ telefonija mobbli, li b’hekk jikkontribwixxu sabiex jarrikkixxu. |
53 |
Issa, kif ġie kkonstatat fil-punti 40 sa 49 iktar ’il fuq, il-Bord tal-Appell ma stabbilixxiex li t-trade mark Homezone setgħet tindika servizz ta’ telekomunikazzjoni li jaqa’ taħt il-klassi 38 jew waħda mill-karatteristiċi tiegħu. Għaldaqstant, il-Bord tal-Appell ma jistax jikkunsidra li din it-trade mark għandha wkoll karattru deskrittiv għas-servizzi l-oħra li jaqgħu taħt il-klassi 38, minħabba s-sempliċi fatt li dawn huma marbuta mas-servizz ta’ telefonija mobbli li jinkludi l-għażla tat-tariffa “homezone”. |
54 |
Barra minn hekk, il-Bord tal-Appell ma weriex l-eżistenza ta’ rabta diretta u konkreta li l-pubbliku rilevanti jista’ jistabbilixxi bejn it-trade mark Homezone, li tista’ tiġi assoċjata ma’ idea ta’ lokalizzazzjoni ġeografika u li ma tinkludi ebda referenza għall-kunċett ta’ tariffa, u tal-provvista ta’ servizzi relatati ma’ servizzi online jew ma’ servizzi ta’ informazzjoni telefonika. Barra minn hekk, ma jirriżultax mid-deċiżjoni kkontestata li tali servizzi jistgħu jiġu proposti jew mogħtija skont modalitajiet iddeterminati skont kunsiderazzjonijiet ġeografiċi. |
55 |
B’hekk il-Bord tal-Appell ma stabbilixxiex li t-trade mark Homezone tista’ tindika s-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 38 minbarra s-servizzi ta’ telekomunikazzjoni jew waħda mill-karatteristiċi tiegħu. Għalhekk, l-ewwel motiv għandu jintlaqa’ f’dak li jikkonċerna dawn is-servizzi. |
— Fuq il-prodotti u s-servizzi li jaqgħu taħt il-klassijiet 9 u 42
56 |
Fir-rigward tal-“apparat għar-reġistrazzjoni, it-trażmissjoni u r-riproduzzjoni ta’ ħsejjes jew ta’ stampi, tagħmir għal reġistrazzjoni manjetika, apparat għall-ipproċessar tal-informazzjoni u l-kompjuters”, inklużi fil-klassi 9, il-Bord tal-Appell jindika, fil-punt 21 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Homezone għandha tiġi miċħuda għal dawn il-prodotti, peress li “jippermettu l-provvista ta’ servizz ta’ telefonija mobbli li [t-trade mark] tiddeskrivi”. |
57 |
B’hekk, skont il-Bord tal-Appell, ir-raġuni għalfejn is-sinjal kontenzjuż għandu jiġi kkunsidrat li jista’ jindika l-prodotti inkwistjoni li jaqgħu taħt il-klassi 9 huwa li dawn il-prodotti jagħmlu possibbli l-funzjonament tas-servizz ta’ telefonija mobbli deskritt minn dan is-sinjal. |
58 |
Għandu jiġi kkonstatat li, billi ddeċida hekk, il-Bord tal-Appell ma ssodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 34 iktar ’il fuq, li tgħid li, sabiex sinjal jiġi kkwalifikat bħala deskrittiv, għandha tiġi pprovata relazzjoni biżżejjed diretta u konkreta mal-prodotti jew mas-servizzi inkwistjoni li tkun ta’ natura li tippermetti li l-pubbliku kkonċernat jipperċepixxi immedjatament, u mingħajr ebda riflessjoni, deskrizzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi inkwistjoni jew ta’ waħda mill-karatteristiċi tagħhom. |
59 |
Billi indika li l-prodotti inkwistjoni li jaqgħu taħt il-klassi 9 “jippermettu” il-provvista tas-servizz ta’ telefonija mobbli, il-Bord tal-Appell iddeskriva relazzjoni ta’ natura funzjonali bejn l-imsemmija prodotti u wieħed mis-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 38, meta kellu jidentifika l-eżistenza ta’ rabta diretta u konkreta li l-pubbliku rilevanti seta’ jistabbilixxi bejn it-terminu “homezone”, li jista’ jiġi assoċjat ma’ idea ta’ lokalizzazzjoni ġeografika, u l-prodotti inkwistjoni, intiżi għar-reġistrazzjoni, it-trażmissjoni, ir-riproduzzjoni tal-ħoss jew ta’ stampi, kif ukoll l-ipproċessar tal-informazzjoni. |
60 |
Issa, anki li kieku kellu jitqies li ngħatat il-prova tad-dispożizzjoni ta’ dawn il-prodotti li jippermettu l-funzjonament ta’ servizz ta’ telefonija mobbli kkaratterizzata minn tariffa bbażata fuq il-lokalizzazzjoni tal-benefiċjarju ta’ dan is-servizz, din ma hijiex ta’ natura li tistabbilixxi l-karattru deskrittiv tas-sinjal Homezone, li t-tifsira tiegħu hija, barra minn hekk, differenti minn kull kunċett ta’ tariffa, fir-rigward ta’ tali prodotti jew ta’ wħud mill-karatteristiċi tagħhom. |
61 |
B’hekk il-Bord tal-Appell ma stabbilixxiex li t-trade mark Homezone tista’ tindika l-prodotti inkwistjoni li jaqgħu taħt il-klassi 9 jew waħda mill-karatteristiċi tagħhom. L-ewwel motiv għandu għalhekk jintlaqa’ f’dak li jikkonċerna dawn il-prodotti. |
62 |
Il-Bord tal-Appell indika li l-konstatazzjoni li tgħid li l-prodotti inkwistjoni li jaqgħu taħt il-klassi 9 jippermettu l-provvista tas-servizz ta’ telefonija mobbli kienet ukoll valida għas-servizzi inklużi fil-klassi 42 li taw lok għal xi oġġezzjonijiet. |
63 |
Hija żiedet li s-“servizzi ta’ inġenjerija; programmazzjoni għall-kompjuters, servizzi ta’ programmatur, perizja teknika, pariri tekniċi u periti; kiri ta’ tagħmir għall-ipproċessar tal-informazzjoni u tal-kompjuters; disinn u pjanifikazzjoni teknika ta’ installazzjonijiet ta’ telekomunikazzjoni” li jaqgħu taħt il-klassi 42 “kienu jservu sabiex iqegħdu għad-dispożizzjoni t-tekonoloġija adegwata”. |
64 |
Fl-aħħar nett, il-Bord tal-Appell ikkunsidra li “servizzi ta’ amministratur ta’ netwerk, ta’ broker tal-informazzjoni u ta’ fornitur ta’ aċċess, jiġifieri l-organizzazzjoni u l-kiri ta’ ħin ta’ aċċess għal databases; riċerki fil-qasam tat-tekniċi ta’ telekomunikazzjoni; aġġornament tas-software ta’ databases; reġistrazzjoni ta’ data f’databases; installazzjoni, manutenzjoni ta’ databases; kiri ta’ ħin ta’ aċċess għal ċentru li jservi d-databases” kienu “neċessarji sabiex jiġbru u jipproċessaw il-parametri tas-servizz (pereżempju, il-lokalizzazzjoni u l-portata taż-żona ta’ residenza determinata mill-utent) u d-data tal-utent neċessarja għall-kont tat-telefon”. |
65 |
Għandu jiġi osservat li dawn ir-raġunijiet ma jurux l-eżistenza ta’ rabta diretta u konkreta li l-pubbliku rilevanti jista’ jistabbilixxi bejn it-terminu “homezone”, fis-sens ta’ “żona ta’ residenza” jew ta’ “żona ta’ prossimità”, u s-servizzi inkwistjoni. |
66 |
Minn naħa, il-motiv li jgħid li s-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 42 “jippermettu l-provvista tas-servizz ta’ telefonija mobbli li [t-trade mark] tiddeskrivi” għandhom l-istess nuqqasijiet bħal dawk esposti fil-punti 58 u 59 iktar ’il fuq fir-rigward tal-prodotti inkwistjoni li jaqgħu taħt il-klassi 9. B’hekk, anki fl-ipoteżi murija, id-dispożizzjoni tas-servizzi inkwistjoni li jaqgħu taħt il-klassi 42 li jippermettu l-funzjonament ta’ servizz ta’ telefonija mobbli kkaratterizzat minn tariffa bbażata fuq il-lokalizzazzjoni tal-benefiċjarju ta’ dan is-servizz ma hijiex ta’ natura li tistabbilixxi l-karattru deskrittiv tas-sinjal Homezone fir-rigward ta’ tali servizzi jew ta’ wħud mill-karatteristiċi tagħhom. |
67 |
It-tekonoloġija għal kull waħda mill-kategoriji tas-servizzi inkwistjoni li jaqgħu taħt il-klassi 42 hija mqiegħda għad-dispożizzjoni tas-servizz ta’ telefonija mobbli deskritta fil-punt 59 iktar ’il fuq u l-evokazzjoni ġenerali u astratta ta’ tali tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ teknoloġiji mhux identifikabbli ma jippermettiex li jiġi stabbilit, fin-nuqqas ta’ elementi li jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta bejn is-sinjal Homezone u s-servizzi inkwistjoni, il-karattru deskrittiv ta’ dan is-sinjal fir-rigward tal-imsemmija servizzi jew ta’ wħud mill-karatteristiċi tagħhom. |
68 |
Fl-aħħar nett, il-motiv li jgħid li s-servizzi l-oħra inkwistjoni huma “neċessarji sabiex jinġabru u jiġu pproċessati l-parametri tas-servizz (pereżempju, il-kiri u l-portata taż-żona ta’ residenza determinata mill-utent) u d-data tal-utent neċessarja għall-kont tat-telefon”, minbarra l-fatt li ma jippermettix li jiġi determinat, għal kull waħda mill-kategoriji ta’ servizzi inkwistjoni, kif dawn is-servizzi huma neċessarji għall-ġbir u għall-ipproċessar tal-parametri tas-servizz ta’ telefonija mobbli u tad-data neċessarji għall-kont, mill-perspettiva tal-lokalizzazzjoni ġeografika u tal-portata taż-żona ta’ residenza tal-utent, ma huwiex ta’ natura li jistabbilixxi l-karattru deskrittiv tas-sinjal Homezone fir-rigward ta’ tali servizzi jew ta’ wħud mill-karatteristiċi tagħhom. Minn dan il-motiv ma jirriżultax li l-pubbliku kkonċernat jipperċepixxi immedjatament u mingħajr ebda riflessjoni oħra s-sinjal Homezone bħala deskrittiv ta’ waħda mill-karatteristiċi ta’ dawn is-servizzi. |
69 |
Għaldaqstant il-Bord tal-Appell ma stabbilixxiex li t-trade mark Homezone tista’ tindika s-servizzi inkwistjoni li jaqgħu taħt il-klassi 42 jew waħda mill-karatteristiċi tagħhom. L-ewwel motiv għandu għalhekk jintlaqa’ f’dak li jikkonċerna dawn is-servizzi u, għaldaqstant, għall-prodotti u għas-servizzi kollha li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni. |
Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94
— L-argumenti tal-partijiet
70 |
Ir-rikorrenti ssostni li l-Bord tal-Appell iddeduċa n-nuqqas tal-karattru distintiv tas-sinjal Homezone biss mill-karattru allegatament deskrittiv tiegħu u li, peress li dan tal-aħħar ma ġiex ipprovat, ir-raġuni assoluta għal rifjut tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 ma għadhiex teżisti. |
71 |
Hija ssostni, ukoll, li l-Bord tal-Appell ma rrispondiex għal numru ta’ argumenti tagħha. |
72 |
L-UASI jirrispondi li n-nuqqas ta’ karattru distintiv tas-sinjal inkwistjoni jirriżulta mill-konstatazzjoni tal-karattru deskrittiv tiegħu, b’mod li l-Bord tal-Appell ma kellux jesponi r-raġunijiet l-oħra għalfejn huwa kien iqis li s-sinjal inkwistjoni ma kellux karattru distintiv. Huwa jżid li dan is-sinjal ma għandu l-ebda oriġinalità mill-aspett viżiv u fonetiku li tista’ tagħmlu adatt sabiex jiddistingwi l-prodotti u s-servizzi tar-rikorrenti minn dawk ta’ impriżi oħra, f’moħħ il-pubbliku rilevanti. |
— Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali
73 |
Skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, it-trade marks li ma għandhomx karattru distintiv għandhom jiġu rrifjutati. |
74 |
Qabel kollox, għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li kull waħda mir-raġunijiet għal rifjut elenkati fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 40/94 hija indipendenti mill-oħrajn u teħtieġ eżami separat (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2004, Henkel vs UASI, C-456/01 P u C-457/01 P, Ġabra p. I-5089, punt 45, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
75 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li l-imsemmija raġunijiet għal rifjut għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-interess ġenerali li huwa l-bażi ta’ kull wieħed minnhom. L-interess ġenerali li jittieħed inkunsiderazzjoni waqt l-eżami ta’ kull waħda minn dawn ir-raġunijiet għal rifjut jista’, anzi għandu, jirrifletti kunsiderazzjonijiet differenti, skont ir-raġuni għal rifjut inkwistjoni (sentenza Henkel vs UASI, iċċitata qabel, punti 45 u 46). |
76 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-kunċett ta’ interess ġenerali abbażi tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 evidentement jitħallat mal-funzjoni essenzjali tat-trade mark li hija li tiggarantixxi lill-konsumatur jew lill-utent finali l-identità tal-orġini tal-prodott jew tas-servizz indikat mit-trade mark, billi tippermettilu li jiddistingwi mingħajr konfużjoni possibbli dan il-prodott jew dan is-servizz minn dawk li għandhom oriġini oħra (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Settembru 2004, SAT.1 vs UASI, C-329/02 P, Ġabra p. I-8317, punti 23 u 27; tal-15 ta’ Settembru 2005, BioID vs UASI, C-37/03 P, Ġabra p. I-7975, punt 60, u tat-8 ta’ Mejju 2008, Eurohypo vs UASI, C-304/06 P, Ġabra p. I-3297, punt 56). |
77 |
F’dan il-każ, fil-punt 24 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell ikkunsidra li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni kellha tiġi miċħudha minħabba li l-imsemmija trade mark ma toperax distinzjoni tal-prodotti u s-servizzi inkwistjoni skont l-oriġini kummerċjali tagħhom, peress li tindika karatteristiċi tal-imsemmija prodotti jew servizzi b’mod direttament perċepibbli. |
78 |
Il-Bord tal-Appell għalhekk evalwa l-karattru distintiv tat-terminu “homezone” billi llimita ruħu għal analiżi tal-karattru deskrittiv, skont l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94, peress li d-deċiżjoni kkontestata ma fiha l-ebda eżami speċifiku tar-raġuni għal rifjut fl-Artikolu 7(1)(b) tal-istess regolament. |
79 |
Il-Bord tal-Appell analizza t-trade mark Homezone billi naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-interess pubbliku li l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 huwa speċifikament intiż sabiex jipproteġi, jiġifieri l-garanzija tal-identità ta’ oriġini tal-prodott jew tas-servizz indikat mit-trade mark. |
80 |
Barra minn hekk, peress li ma ġiex stabbilit il-karattru deskrittiv tat-terminu “homezone” għal ebda wieħed mill-prodotti jew mis-servizzi inkwistjoni li jaqgħu taħt il-klassijiet 9, 38 u 42, il-Bord tal-Appell ma setax, fi kwalunwke każ, jiddeduċi minn dan nuqqas ta’ karattru distintiv. |
81 |
B’hekk il-Bord tal-Appell ma stabbilixxiex li t-trade mark Homezone kienet nieqsa minn karattru distintiv, f’dak li jikkonċerna l-prodotti u s-servizzi inkwistjoni li jaqgħu taħt il-klassijiet 9, 38 u 42. Għalhekk it-tieni motiv għandu jintlaqa’. |
82 |
Peress li l-Bord tal-Appell ma pprovax il-karattru deskrittiv u l-karattru mhux distintiv tat-trade mark Homezone fir-rigward tal-prodotti u mas-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi eżaminat it-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94, dwar il-kisba ta’ karattru distintiv, wara l-użu li sar minnha, minn trade mark deskrittiva jew nieqsa minn karattru distintiv. |
Fuq l-ispejjeż
83 |
Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. F’dan il-każ, ir-rikorrenti talbet li l-UASI jiġi kkundannat għall-ispejjeż ta’ din l-istanza. Peress li l-UASI tilef, għandhom jintlaqgħu t-talbiet tar-rikorrenti u jiġi kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minnha fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali. |
84 |
Barra minn hekk, ir-rikorrenti talbet il-kundanna tal-UASI għall-ispejjeż sostnuti minnha fil-proċedimenti amministrattivi quddiem l-UASI. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 136(2) tar-Regoli tal-Proċedura, l-ispejjeż indispensabbli esposti mill-partijiet għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell huma kkunsidrati bħala spejjeż rekuperabbli. Madankollu, l-istess ma jgħoddx għall-ispejjeż sostnuti għall-proċedimenti quddiem l-eżaminatur. Għaldaqstant, it-talba tar-rikorrenti sabiex l-UASI, peress li tilef il-kawża, jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-proċedimenti amministrattivi quddiem l-UASI tista’ tintlaqa’ biss għall-ispejjeż indispensabbli sostnuti mir-rikorrenti għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Għal dawn il-motivi, IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Meij Vadapalas Truchot Mogħtija f’Qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu fl-10 ta’ Frar 2010. Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.