EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TB0349

Kawża T-349/07 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 11 ta' Diċembru 2007 — FMC Chemical et vs Il-Kummissjoni ( Proċedura għal miżuri provviżorji — Direttiva 91/414/KEE — Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni — Ammissibbiltà — Nuqqas ta' urġenza )

ĠU C 37, 9.2.2008, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 37/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2007 — FMC Chemical et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-349/07 R)

(“Proċedura għal miżuri provviżorji - Direttiva 91/414/KEE - Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' urġenza’)

(2008/C 37/35)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FMC Chemical SPRL (Brussell, Il-Belġju); Satec Handelsgesellschaft mbH (Elmshorn, Il-Ġermanja); Belchim Crop Protection NV (Londerzeel, Il-Belġju); FMC Foret SA (Sant Cugat de Valles, Spanja); F&N Agro Slovensko spol. s.r.o. (Bratislava, Is-Slovakkja); F&N Agro Ceská republika spol. s.r.o., (Praga, Ir-Repubblika Ċeka); F&N Agro Polska sp. z o.o. (Varsavja, Il-Polonja); u FMC Corp. (Philadelphia, Pennsylvania, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u B. Doherty, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/415/KE, tat-13 ta' Ġunju 2007, dwar in-non-inklużjoni tal-carbosulfan fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 156, p. 28), sakemm tingħata s-sentenza fil-kawża prinċipali.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma riżervati.


Top