This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TA0235
Case T-235/07: Judgment of the General Court of 16 June 2011 — Bavaria v European Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — Netherlands beer market — Decision finding an infringement of Article 81 EC — Proof of the infringement — Access to the file — Fines — Principle of equal treatment — Reasonable period)
Kawża T-235/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ġunju 2011 — Bavaria vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-birra — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Prova tal-ksur — Aċċess għall-fajl — Multi — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Terminu raġonevoli” )
Kawża T-235/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ġunju 2011 — Bavaria vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-birra — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Prova tal-ksur — Aċċess għall-fajl — Multi — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Terminu raġonevoli” )
ĠU C 226, 30.7.2011, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Bavaria vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-235/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-birra - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Prova tal-ksur - Aċċess għall-fajl - Multi - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Terminu raġonevoli)
2011/C 226/45
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Bavaria NV (Lieshout, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn O. Brouwer, D. Mes, A. Stoffer, sussegwentement minn O. Brouwer, A. Stoffer u P. Schepens, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bouquet, minn S. Noë u A. Nijenhuis, sussegwentement minn A. Bouquet u S. Noë, aġenti, assistiti minn M. Slotboom, avukat)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1697, tat-18 ta’ April 2007, dwar provvediment [proċedura] skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B-2/37.766 — Is-suq Olandiż tal-birra), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1697, tat-18 ta’ April 2007, dwar provvediment [proċedura] skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B-2/37.766 — Is-suq Olandiż tal-birra) hija annullata sa fejn il-Kummissjoni Ewropea kkonstatat, f’tali deċiżjoni, li Bavaria NV kienet ipparteċipat fi ksur li jikkonsisti fil-koordinazzjoni okkażjonali tal-kundizzjonijiet kummerċjali, minbarra l-prezzijiet, offruti lill-konsumaturi individwali fis-settur “horeca” fil-Pajjiżi l-Baxxi. |
(2) |
L-ammont tal-multa imposta lil Bavaria fl-Artikolu 3(c) tad-Deċiżjoni C(2007) 1697 huwa stabbilit għal EUR 20 712 375. |
(3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(4) |
Bavaria għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. |
(5) |
Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż ta’ Bavaria. |