Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0095

    Kawża T-95/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 21 ta' Ottubru 2008 — Aventis Pharma vs UASI — Nycomed (Prazol) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PRAZOL — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PREZAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabblità ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 313, 6.12.2008, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 313/31


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Ottubru 2008 — Aventis Pharma vs UASI — Nycomed (Prazol)

    (Kawża T-95/07) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PRAZOL - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PREZAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabblità ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2008/C 313/55)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Aventis Pharma SA (Antony, Franza) (rappreżentant: R. Gilbey, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Laitinen u sussegwentement Ó. Mondéjar Ortuño, aġenti)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Nycomed GmbH, li qabel kienet Altana Pharma AG (Konstanz, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Ferchland, avukat)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta' Frar 2007 (każ R 302/2005-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Altana Pharma AG u Aventis Pharma SA.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-8 ta' Frar 2007 (każ R 302/2005-4) hija annullata.

    2)

    L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' Aventis Pharma SA.

    3)

    Nycomed GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


    Top