This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007FO0101
Order of the Civil Service Tribunal (First Chamber) of 22 May 2008. # Philippe Cova v Commission of the European Communities. # Civil service - Officials - Remuneration - Article 7(2) of the Staff Regulations - Interim allowance - Inadmissible. # Case F-101/07.
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Mejju 2008.
Philippe Cova vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Inammissibbiltà.
Kawża F-101/07.
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Mejju 2008.
Philippe Cova vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Inammissibbiltà.
Kawża F-101/07.
Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2008 I-A-1-00173; II-A-1-00925
ECLI identifier: ECLI:EU:F:2008:66
DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(L-Ewwel Awla)
22 ta’ Mejju 2008
Kawża F-101/07
Philippe Cova
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Allowance għal pożizzjoni interim – Inammissibbiltà”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu, P. Cova jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra fi ħdan il-Kummissjoni, tad-29 ta’ Ġunju 2007, sa fejn din id-deċiżjoni ma tagħtix lir-rikorrent, għal terminu ta’ iktar minn sena, il-benefiċċju previst fl-Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.
Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Sommarju
Proċedura – Ammissibbiltà tal-atti proċedurali – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tal-att
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 114; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Publikku, Artikolu 78)
Meta eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tkun tirrigwarda rikors ippreżentat fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu stess, għandhom jiġu applikati, minn naħa, ir-Regoli tal-Proċedura msemmija mill-Artikolu 78 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b’mod partikolari dawk stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-imsemmi Artikolu, li jippermetti li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jiddeċiedi permezz ta’ digriet mingħajr ma jidħol fil-mertu tal-kawża u, min-naħa l-oħra, ir-regoli ta’ ammissibbiltà tar-rikors li jirreferi għalihom l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, applikabbli mutatis mutandis għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sad-dħul fis-seħħ tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu.
Peress li t-terminu sabiex tiġi ppreżentata eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà jibda jiddekorri, kemm fil-kuntest tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, kif ukoll f’dak tal-Artikolu 78 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, mid-data tan-notifika tar-rikors, fil-każijiet fejn din il-preżentata tkun saret qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, it-terminu li għandu jiġi osservat huwa neċessarjament it-terminu li kien fis-seħħ f’dak iż-żmien, u li jirriżulta mir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza. Għalhekk, b’mod konformi mal-prinċipju taċ-ċertezza legali, id-dħul fis-seħħ tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma jistax b’mod legali jkollu l-effett li jnaqqas it-terminu, li jkun diġà beda jiddekorri fid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom, għall-preżentata ta’ eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà permezz ta’ att separat.
Id-data rilevanti sabiex tiġi vverifikata l-osservanza ta’ dan it-terminu hija dik li fiha ġiet ippreżentata l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, u mhux dik tan-notifika ta’ din l-eċċezzjoni lir-rikorrent.
(ara l-punti 23, 25 u 26)
Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 14 ta’ Diċembru 1992, Lenz vs Il‑Kummissjoni, T‑47/92, Ġabra p. II‑2523, punt 34; It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 26 ta’ April 2006, Falcione vs Il‑Kummissjoni, F‑16/05, ĠabraSP p. I‑A‑1‑3 u II‑A‑1‑7, punt 84; 14 ta’ Diċembru 2007, Duyster vs Il‑Kummissjoni, F‑82/06, Ġabra p. I‑0000, punt 40; 25 ta’ Jannar 2008, Duyster vs Il‑Kummissjoni, F‑80/06, Ġabra p. I‑0000, punti 38 sa 43