This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007FO0070
Order of the Civil Service Tribunal (First Chamber) of 18 February 2009.#Luigi Marcuccio v Commission of the European Communities.#Public service - Officials - Taxation of costs - Manifest inadmissibility.#Case F-70/07.
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Frar 2009.
Luigi Marcuccio vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Uffiċjali - Taxxa ta' l-ispejjeż - Inammissibbiltà manifesta.
Kawża F-70/07.
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Frar 2009.
Luigi Marcuccio vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Uffiċjali - Taxxa ta' l-ispejjeż - Inammissibbiltà manifesta.
Kawża F-70/07.
Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2009 I-A-1-00031; II-A-1-00135
ECLI identifier: ECLI:EU:F:2009:15
DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU (L-Ewwel Awla)
18 ta’ Frar 2009
Kawża F‑70/07
Luigi Marcuccio
vs
Il‑Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors għad-danni – Intaxxar tal-ispejjeż – Nuqqas ta’ kompetenza manifesta – Rinviju skont l-Artikolu 8(2) tal-Anness tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà manifesta”
Suġġett: Rikors ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu L. Marcuccio jitlob, essenzjalment, il-kundanna tal-Kummissjoni għad-danni li huwa sofra minħabba r-rifjut tagħha li tirrimborsah l-ispejjeż li jistgħu jinġabru allegatament sostnuti fil-Kawża T‑176/04 (Digriet tas-6 ta’ Marzu 2006, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, mhux ippubblikat fil-Ġabra).
Deċiżjoni: Ir-rikors huwa rrinvijat quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej peress li jirrigwarda t-tassazzjoni tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru li jirrigwardaw il-Kawża T‑176/04. Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. L-ispejjeż tar-rikors huma rriżervati, peress li l-imsemmi rikors jirrigwarda t‑tassazzjoni tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru li jirrigwardaw il‑Kawża T‑176/04. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha fir-rigward tal-kumplament tar-rikors.
Sommarju
Proċedura – Spejjeż – Tassazzjoni – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Qorti kompetenti
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 92(1))
Talbiet intiżi għall-annullament ta’ deċiżjoni kkontestata u ta’ deċiżjoni li tiċħad ilment ippreżentat kontra l-imsemmija deċiżjoni kkontestata, kif ukoll xi talbiet intiżi għall-kundanna ta’ istituzzjoni sabiex tħallas lil uffiċjal somma flus bl-interessi moratorji u l-kapitalizzazzjoni tal-interessi, li huma intiżi, fil-fatt, sabiex jinkiseb il-ħlas, mill-istituzzjoni, tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru li jirrigwardaw kawża li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet u li fiha ddeċidiet dwar responsabbiltà għall-spejjeż, għandhom jitqiesu, fid-dawl tas-suġġett tagħhom, li huma talba għat-tassazzjoni tal-ispejjeż. Peress li, skont l-Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tali talba kellha tiġi ppreżentata quddiem din tal-aħħar, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma huwiex kompetenti sabiex jiddeċiedi fuq it-talbiet imsemmija iktar ’il fuq.
F’dan ir-rigward, il-klassifikazzjoni ġuridika eżatta tat-talbiet ta’ rikors sabiex jiġi ddeterminat jekk qorti jkollhiex il-kompetenza li sabiex teżaminah, taqa’ esklużivament taħt l-evalwazzjoni tal-qorti u mhux tar-rieda tal-partijiet.
(ara l-punti 16 u 18)