This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007FN0137
Case F-137/07: Action brought on 4 December 2007 — Sergio and Others v Commission
Kawża F-137/07: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Diċembru 2007 — Sergio et vs Il-Kummissjoni
Kawża F-137/07: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Diċembru 2007 — Sergio et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 79, 29.3.2008, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 79/37 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta' Diċembru 2007 — Sergio et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-137/07)
(2008/C 79/72)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Giovanni Sergio (Brussell, il-Belġju), et (rappreżentant: M. Lucas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Is-suġġett u d-deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tal-“Protokoll ta' Ftehim bejn l-Organizzazzjonijiet trejdjunjinistiċi u professjonali u d-Direttorat Ġenerali tal-Persunal u ta' l-Amministrazzjoni (DĠ ADMIN)”, kif ukoll tad-deċiżjonijiet ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) ikkonfermati mill-Protokoll tad-19 ta' Diċembru 2006 u tad-deċiżjoni ta' l-14 ta' Novembru 2006 — Talba għal danni taħt il-forma tal-ħlas simboliku ta' EUR 1.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla l-“Protokoll ta' Ftehim bejn l-Organizzazzjonijiet trejdjunjinistiċi u professjonali u d-DĠ ADMIN dwar l-allokazzjoni ta' riżorsi għar-rappreżentazzjoni tal-persunal għas-sena 2006” ikkomunikat lis-Segretarju ta' l-Alliance kif ukoll lill-Presidenti ta' l-Union Syndicale Fédérale (USF) u tal-Fédération de la fonction publique européenne (FFPE) b'nota tad-19 ta' Diċembru 2006 tad-Direttur Ġenerali tal-Persunal u ta' l-Amministrazzjoni; |
— |
tannulla d-deċiżjonijiet individwali ta' eżenzjoni mis-servizz adottati favur ir-rappreżentanti ta' l-“Alliance” u/jew tal-“FFPE” fuq il-bażi ta' dan il-Protokoll jew tal-kalkolu tas-26 ta' Mejju 2006 tar-rappreżentazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet trejdjunjinistiċi u professjonali fuq il-bażi tar-riżultati ta' l-elezzjonijiet ta' Mejju 2006 tas-sezzjoni lokali ta' Brussell u kkonfermati mill-protokoll tad-19 ta' Diċembru 2006; |
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-14 ta' Novembru 2006 tad-Direttur Ġenerali tal-Persunal u ta' l-Amministrazzjoni li ttemm il-kollokazzjoni part-time tas-Sur Marquez-Garcia u li ddaħħlu mill-ġdid full-time fid-dipartiment tiegħu; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lil kull wieħed mir-rikorrenti ħlas simboliku ta' EUR 1 sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu morali u politiku subit minnhom bħala rappreżentanti ta' l-Union Syndicale u tad-dannu morali u lill-karriera tagħhom bħala uffiċjali jew membri tal-persunal; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż. |