This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007FN0042
Case F-42/07: Action brought on 10 May 2007 — Prieto v Parliament
Kawża F-42/07: Rikors ippreżentat fl- 10 ta' Mejju 2007 — Prieto vs Il-Parlament
Kawża F-42/07: Rikors ippreżentat fl- 10 ta' Mejju 2007 — Prieto vs Il-Parlament
ĠU C 140, 23.6.2007, p. 47–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 140/47 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta' Mejju 2007 — Prieto vs Il-Parlament
(Kawża F-42/07)
(2007/C 140/75)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Antonio Prieto (Bousval, Il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avocat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
— |
Tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2006 li taħtar lir-rikorrenti uffiċjal taħt prova kklassifikat fil-grad AST 2, skala 3; |
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti, li għadda mill-kompetizzjoni interna C/348 għall-kategorija C5-4, kien aġent temporanju tal-Kummissjoni fil-grad AST 3 (li qabel kien il-grad C4) meta nħatar uffiċjal taħt prova u ġie kklassifikat fil-grad AST2.
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni qabel xejn li d-deċiżjoni li jinħatar uffiċjal fi grad inferjuri għal dak li kien fih meta kien aġent temporanju jmur kontra l-Artikolu 5(4) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej (iktar 'il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”).
Barra minn hekk, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni, peress li huma biss dawk li għaddew mill-kompetizzjoni in kwistjoni li qabel, bħala uffiċjali temporanji, kienu fil-kategorija D li setgħu jżommu l-grad iktar vantaġġjuż li kellhom qabel, meta nħatru bħala uffiċjali.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll il-prinċipji taċ-ċertezza legali, tal-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi u ta' amministrazzjoni u ġestjoni tajba.