This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007FJ0076
Judgment of the Civil Service Tribunal (First Chamber) of 8 July 2008. # Gerhard Birkhoff v Commission of the European Communities. # Public service - Officials - Social security. # Case F-76/07.
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-8 ta' Lulju 2008.
Gerhard Birkhoff vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali.
Kawża F-76/07.
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-8 ta' Lulju 2008.
Gerhard Birkhoff vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali.
Kawża F-76/07.
Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2008 I-A-1-00239; II-A-1-01265
ECLI identifier: ECLI:EU:F:2008:95
SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(L-Ewwel Awla)
8 ta’ Lulju 2008
Kawża F-76/07
Gerhard Birkhoff
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Assigurazzjoni għall-mard – Teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż mediċi – Sostituzzjoni ta’ siġġu bir-roti – Portata tal-istħarriġ eżerċitat mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu G. Birkhoff, ex uffiċjal tal-Kummissjoni, jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Ħlasijiet, tat-8 ta’ Novembru 2006, li tirrifjutalu l-awtorizzazzjoni minn qabel meħtieġa mir-regolamenti sabiex jikseb ir-rimbors tal-ispejjeż marbuta max-xiri ta’ siġġu bir-roti.
Deċiżjoni: Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Ħlasijiet, tat-8 ta’ Novembru 2006, hija annullata. Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.
Sommarju
1. Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Assigurazzjoni għall-mard – Spejjeż mediċi – Rimbors
(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 59 u 72(1); Anness II, Artikolu 7; Regoli dwar l-assigurazzjoni għall-mard, Artikoli 20 u 27)
2. Uffiċjali – Rikors – Rikors kontra deċiżjoni vvizzjata bi żball ta’ liġi li, iżda, tista’ tiġi ġġustifikata minħabba raġuni oħra – Fatt li ma jostakolax l-annullament – Eċċezzjoni – Kompetenza limitata tal-amministrazzjoni
1. Għalkemm il-qorti Komunitarja tista’ ssibha diffiċli tistħarreġ il-fondatezza tal‑evalwazzjonijiet mediċi tal-esperti mediċi tal-Uffiċċji tal-Ħlasijiet, dawn l‑evalwazzjonijiet madankollu ma humiex, anki jekk seħħew f’kundizzjonijiet regolari, definittivi u lanqas ma huma esklużi mill-istħarriġ tagħha, kuntrarjament għall‑evalwazzjonijiet mediċi tal-Kumitat mediku tal-invalidità previst fl-Artikolu 7 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal jew tat-tabib indipendenti previst fl-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal. Fil-fatt, l-evalwazzjonijiet mediċi espressi b’mod unilaterali minn tabib ta’ istituzzjoni ma jipprovdux l‑istess garanziji ta’ ekwilibriju bejn il-partijiet u ta’ oġġettitivà bħalma jipprovdu l-evalwazzjonijiet magħmula mill-Kumitat mediku tal-invalidità, fid-dawl tal-kompożizzjoni tiegħu, jew minn tabib arbitrarju, fid-dawl tal-modalitajiet tal-ħatra tiegħu. Barra minn hekk, la r-Regolamenti tal-Persunal u lanqas ir-regolamenti komuni ma jipprovdu li l-evalwazzjonijiet mediċi tal-esperti mediċi tal-Uffiċċji tal-Ħlasijiet dwar it-talbiet għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi jistgħu jiġu kkontestati quddiem awtorità medika li tipprovdi l-istess garanziji ta’ ekwilibriju u ta’ oġġettività bħalma jipprovdu l-Kumitat tal-invalidità jew tabib indipendenti.
Huwa għalhekk li l-qorti Komunitarja teżerċita stħarriġ fuq ir-rifjut tal-Uffiċċju tal-Ħlasijiet li jawtorizza t-teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż mediċi koperti mir-regolament dwar l-assigurazzjoni għall-mard tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, bħalma teżerċita fuq l-opinjoni tal-esperti mediċi tal-Uffiċċju tal-Ħlasijiet li tikkostitwixxi, jekk ikun il-każ, il-bażi ta’ tali rifjut. Huwa minnu li dan l-istħarriġ huwa limitat, iżda jkopri żball ta’ fatt, żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni.
(ara l-punti 50 sa 52)
Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja 21 ta’ Mejju 1981, Morbelli vs Il‑Kummissjoni, 156/80, Ġabra p. 1357, punti 15 sa 20; 19 ta’ Jannar 1988, Biedermann vs Il-Qorti tal-Awdituri, 2/87, Ġabra. p. 143, punt 8; Il-Qorti tal-Prim’Istanza 23 ta’ Marzu 1993, Gill vs Il‑Kummissjoni, T‑43/89, Ġabra p. II‑303, punt 36; 11 ta’ Mejju 2000, Pipeaux vs Il‑Parlament, T‑34/99, ĠabraSP p. I‑A‑79 u II‑337, punti 29 u 30; 12 ta’ Mejju 2004, Hecq vs Il‑Kummissjoni, T‑191/01, ĠabraSP p. I‑A‑147 u II‑659, punti 64 sa 78; 23 ta’ Novembru 2004, O vs Il‑Kummissjoni, T‑376/02, ĠabraSP p. I‑A‑349 u II‑1595, punt 29;It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 22 ta’ Mejju 2007, López Teruel vs UASI, F‑99/06, Ġabra p. I‑0000, punti 74 sa 76; 18 ta’ Settembru 2007, Botos vs Il‑Kummissjoni, F‑10/07, Ġabra p. I‑0000, punti 40 sa 50
2. Fil-kuntest ta’ rikors ta’ uffiċjali, il-fatt li deċiżjoni tal-amministrazzjoni vvizzjata bi żball ta’ dritt tista’ tiġi ġġustifikata legalment minħabba raġuni oħra ma jistax jostakola l-annullament tagħha. Ma kienx ikun hekk li kieku l-amministrazzjoni ma kellha ebda setgħa diskrezzjonali u li kieku, konsegwentement, l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata kien ikun jista’ jkollu ebda effett ħlief li jobbliga lill-amministrazzjoni sabiex tieħu mill-ġdid deċiżjoni ġdida identika, fir-rigward tal-mertu, għad-deċiżjoni annullata. Fil-fatt, motiv ieħor barra dak li fuqu l-amministrazzjoni bbażat ruħha sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata ma jistax jissostitwixxi lil dan tal-aħħar fil-mori tal-kawża ħlief jekk l-amministrazzjoni tkun f’pożizzjoni ta’ kompetenza limitata sabiex tadotta l-imsemmija deċiżjoni.
(ara l-punt 64)
Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 12 ta’ Diċembru 1996, Stott vs Il‑Kummissjoni, T‑99/95, Ġabra p. II‑2227, punt 32