This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CO0512
Order of the President of the Court of 13 January 2009.#Achille Occhetto and European Parliament v Beniamino Donnici.#Appeal - Application for interim measures - Suspension of operation of a measure - Members of the European Parliament - Verification of credentials - Declaration of election of a member as a result of the withdrawal of candidates on the same list - Verification of the validity of the withdrawal - Decision of the European Parliament declaring invalid the mandate of a candidate declared to be a member.#Joined cases C-512/07 P(R) and C-15/08 P(R).
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Jannar 2009.
Achille Occhetto u il-Parlament Ewropew vs Beniamino Donnici.
Appell - Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Membri tal-Parlament Ewropew - Verifika tal-kredenzjali - Dikjarazzjoni li ġie elett membru parlamentari b’riżultat tal-irtirar ta’ kandidati li jinsabu fl-istess lista - Verifika tal-validità tal-irtirar - Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiddikjara invalidu l-mandat ta’ kandidat iddikjarat Membru Parlamentari.
Każijiet Magħquda C-512/07 P(R) u C-15/08 P(R).
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Jannar 2009.
Achille Occhetto u il-Parlament Ewropew vs Beniamino Donnici.
Appell - Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Membri tal-Parlament Ewropew - Verifika tal-kredenzjali - Dikjarazzjoni li ġie elett membru parlamentari b’riżultat tal-irtirar ta’ kandidati li jinsabu fl-istess lista - Verifika tal-validità tal-irtirar - Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiddikjara invalidu l-mandat ta’ kandidat iddikjarat Membru Parlamentari.
Każijiet Magħquda C-512/07 P(R) u C-15/08 P(R).
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:3
DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
13 ta’ Jannar 2009 ( *1 )
Fil-Kawżi magħquda C-512/07 P(R) u C-15/08 P(R),
li għandhom bħala suġġett żewġ appelli taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 57 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, irreġistrati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-22 ta’ Novembru 2007 u fis- rispettivament,
Achille Occhetto, residenti f’Ruma (l-Italja), irrappreżentat minn P. De Caterini u F. Paola, avukati, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,
u
Il-Parlament Ewropew, irrappreżentat minn H. Krück, N. Lorenz u L. Visaggio, bħala aġenti,
appellanti,
il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:
Beniamino Donnici, residenti f’Castrolibero (l-Italja), irrappreżentat minn M. Sanino, G. M. Roberti, I. Perego u P. Salvatore, avukati,
rikorrent fl-ewwel istanza,
Ir-Repubblika Taljana, irrappreżentata minn I. M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato,
intervenjenti fl-ewwel istanza,
IL-PRESIDENT TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali M. Poiares Maduro,
jagħti l-preżenti
Digriet
1 |
Permezz tal-appelli tagħhom, A. Occhetto u l-Parlament Ewropew qed jitolbu l-annullament tad-digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-15 ta’ Novembru 2007, Donnici vs Il-Parlament (T-215/07 R, Ġabra p. II-4673, iktar ’il quddiem id-“digriet ikkontestat”), li permezz tiegħu dan tal-aħħar ordna s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- dwar il-verifika tal-kredenzjali ta’ B. Donnici [2007/2121(REG), iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”]. |
2 |
Peress li l-appelli msemmija iktar ’il fuq huma konnessi minħabba s-suġġett tagħhom, jeħtieġ li, b’mod konformi mal-Artikolu 43 tar-Regoli tal-Proċedura, dawn jiġu magħquda għall-finijiet tad-digriet preżenti. |
Il-kuntest ġuridiku
L-Att tal-1976
3 |
L-Artikoli 6 sa 8, 12 u 13(3) tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Assemblea b’vot universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, KEEA, tal-20 ta’ Settembru 1976 (ĠU L 278, p. 1), kif emendat u nnumerat mill-ġdid bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom tal- u tat- (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 137, iktar ’il quddiem l-“Att tal-1976”), jipprovdu: “Artikolu 6 1. Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jivvutaw fuq bażi individwali u personali. Huma m’għandhomx ikunu marbuta b’xi istruzzjonijiet u m’għandhomx jirċievu mandat li jorbot. 2. Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu l-privileġġi u l-immunitajiet applikabbli lilhom bis-saħħa tal-Protokoll tat-8 ta’ April 1965 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 7 1. Il-kariga ta’ membru tal-Parlament Ewropew hija inkompatibbli ma’ dik ta’:
2. Mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2004, il-kariga ta’ membru tal-Parlament Ewropew hija inkompatibbli ma’ dik ta’ membru tal-Parlament nazzjonali. Bħala derogazzjoni minn dik ir-regola u mingħajr preġudizzju lejn il-paragrafu 3:
[…] Artikolu 8 Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-att, il-proċedura elettorali għandha tkun irregolata, f’kull Stat Membru, bid-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jistgħu, jekk xieraq, jieħdu akkont tas-sitwazzjoni speċifika fl-Istati Membri, m’għandhomx jaffettwaw in-natura proporzjonali tas-sistema tal-votazzjoni. […] Artikolu 12 Il-Parlament Ewropew għandu jivverifika l-kredenzjali tal-membri tal-Parlament Ewropew. Għal dan il-għan, jieħu nota tar-riżultati mogħtija uffiċjalment mill-Istati Membri u jiddeċiedi dwar il-kontestazzjonijiet li jistgħu jiġu eventwalment issollevati abbażi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-att, bl-esklużjoni tad-dispożizzjonijiet li għalihom dan tal-aħħar jirreferi. Artikolu 13 […] 3. Meta l-liġi ta’ Stat Membru tagħmel dispożizzjoni espliċita għat-tneħħija tal-mandat ta’ membru tal-Parlament Ewropew, dak il-mandat għandu jispiċċa permezz ta’ dawk id-dispożizzjonijiet legali. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinfurmaw lil-Parlament Ewropew b’dan.” |
Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew
4 |
L-Artikoli 3 u 4(3) u (9) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew jipprovdu dan li ġej: “Artikolu 3 Verifika tal-kredenzjali 1. Wara l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, il-President għandu jistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri sabiex jgħaddu lill-Parlament mingħajr dewmien l-ismijiet tal-Membri eletti sabiex il-Membri kollha jieħdu l-kariga fil-Parlament b’effet mill-ftuħ ta’ l-ewwel seduta wara l-elezzjonijiet. Fl-istess ħin, il-President għandu jiġbed l-attenzjoni ta’ dawk l-awtoritajiet għad-dispożizzjoniiet rilevanti għall-[Att tal-1976] u jistedinhom jieħdu l-miżuri meħtiega sabiex jevitaw kull inkompatibbiltà mal-kariga ta’ Membru tal-Parlament Ewropew. 2. Kull Membru li l-elezzjoni tiegħu jkun mgħarraf biha l-Parlament għandu jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub, qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament, li huwa ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma’ dik ta’ Membru tal-Parlament Ewropew fis-sens ta’ l-Artikolu 7(1) u (2) ta’ l-[Att tal-1976]. Wara l-elezzjonijiet ġenerali, din id-dikjarazzjoni għandha ssir fejn hu possibbli mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel is-seduta kostituttiva tal-Parlament. Sakemm il-kredenzjali ta’ Membru jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima u kemm-il darba jkun iffirma minn qabel id-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija aktar ’l fuq, il-Membru għandu jidħol fil-kariga tiegħu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u għandu jgawdi mid-drittijiet marbuta ma’ din il-kariga. Fejn ikun stabbilit minn fatti vverifikati minn sorsi disponibbli għall-pubbliku li Membru għandu kariga inkompatibbli ma’ dik ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens ta’ l-Artikolu 7(1) u (2) ta’ l-[Att tal-1976], il-Parlament, fuq informazzjoni provduta mill-President tiegħu, għandu jistabbilixxi li hemm post vakanti. 3. Fuq il-bażi ta’ rapport magħmul mill-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu jivverifika mingħajr dewmien il-kredenzjali u jiddeċiedi dwar il-validità tal-mandat ta’ kull wieħed mill-Membri li jkunu għadhom kemm ġew eletti kif ukoll dwar xi kontestazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-[Att tal-1976], ħlief għad-dispożizzjonijiet ibbażati fuq il-liġijiet elettorali nazzjonali. 4. Ir-rapport tal-kumitat għandu jkun ibbażat fuq in-notifika uffiċjali tar-rizultati sħaħ ta’ l-elezzjoni min naħa ta’ kull Stat Membru. Fin-notifika għandhom ikunu speċifikati l-ismijiet tal-kandidati eletti u l-ismijiet ta’ xi sostituti flimkien ma’ l-ordni tagħhom skond ir-riżultat tal-votazzjoni. M’għandux ikun possibbli li tiġi kkonfermata l-validità tal-mandat ta’ xi Membru jekk ma jkunux saru d-dikjarazzjonijiet bil-miktub meħtieġa taħt dan l-Artikolu u l-Anness I ta’ dawn ir-regoli. Fuq il-bażi ta’ rapport tal-kumitat, il-Parlament jista’ f’kull ħin jieħu deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni tal-validità tal-mandat ta’ xi wieħed mill-Membri tiegħu. 5. Meta l-ħatra ta’ Membru sseħħ minħabba l-irtirar ta’ kandidati mill-istess lista, il-kumitat responsabbli għall-verifika tal-kredenzjali għandu jiżgura li dan l-irtirar ikun sar skond l-ispirtu u l-kelma ta’ l-[Att tal-1976] u ta’ l-Artikolu 4(3). 6. Il-kumitat għandu jiżgura li kull informazzjoni li tista’ teffettwa l-qadi tad-dmirijiet ta’ xi Membru tal-Parlament Ewropew jew l-ordni tas-sostituti tintbagħat minnufih lill-Parlament mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri jew ta’ l-Unjoni, b’indikazzjoni tad-data tas-seħħ fejn jikkonċerna xi ħatra. Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jagħtu bidu għal proċedura li tista’ twassal għall-iskwalifika ta’ Membru milli jieħu l-kariga, il-President għandu jitlobhom biex iżommuh infurmat regolarment dwar l-istadju li fih tkun waslet il-proċedura. Huwa għandu jirreferi l-każ lill-kumitat responsabbli. Fuq proposta ta’ dak il-kumitat, il-Parlament jista’ jieħu pożizzjoni dwar il-każ. Artikolu 4 Tul tal-mandat tal-Membri […] 3. Membru li jkun se jirriżenja għandu jgħarraf lill-President bir-riżenja tiegħu u bid-data li fiha r-riżenja tkun ser sseħħ, liema data m’għandhiex tkun aktar tard minn tliet xhur wara n-notifika. Din in-notifika għandu jkollha forma ta’ dokument uffiċjali mħejji fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali jew tar-rappreżentant tiegħu, iffirmat minn dan ta’ l-aħħar u mill-Membru konċernat u ppreżentat minnufih lill-kumitat responsabbli li għandu jdaħħlu fl-aġenda ta’ l-ewwel laqgħa tiegħu li tiġi wara li jkun irċieva d-dokument. Jekk il-kumitat responsabbli jqis li r-riżenja ma tkunx skond l-ispirtu u l-kelma ta’ l-[Att tal-1976] huwa għandu jinforma b’dan lill-Parlament ħalli l-Parlament ikun jista’ jistabilixxi jekk il-post ikunx vakanti jew le. F’każ li jiġi meqjus vakanti, il-post jitqies vakanti sa mid-data li l-Membru li jkun qed jirriżenja jkun niżżel fid-dokument uffiċjali. M’għandux jittieħed vot fil-Parlament dwar dan. […] 9. Il-Parlament jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-ħatra li qed tiġi kkunsidrata tkun invalida jew li jirrifjuta li jqis il-post vakanti jekk l-aċċettazzjoni jew it-tmiem tal-kariga jkunu jidhru li huma bbażati fuq ineżattezzi materjali jew fuq vizzju tal-kunsens.” |
L-Istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew
5 |
Skont ir-raba’ premessa tad-Deċiżjoni 2005/684/KE, KEEA tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 li tadotta l-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, p. 1, iktar ’il quddiem “l-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew”), “[i]l-libertà u l-indipendenza tal-Membri, li huma mħarsa fl-Artikolu 2 u li m’humiex imsemmija fi kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi primarja, għandhom jirċievu protezzjoni statutorja. Li Membri jintrabtu li jħallu l-kariga f’xi żmien stabbilit, jew li jiddikjaraw li biħsiebhom iħallu l-kariga f’data mhux speċifikata, miżuri li l-partiti politiċi jistgħu jużaw kif jidhrilhom, għandhom jitqiesu bħala inkompatibbli mal-libertà u l-indipendenza tal-Membri u għaldaqstant ma għandhomx ikollhom rabta legali”. |
6 |
Il-ħames premessa tal-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew tippreċiża li l-Artikolu 3(1) tal-imsemmi statut jirripproduċi fl-intier tagħhom id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) tal-Att tal-1976. |
7 |
L-Artikoli 2 u 30 tal-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew jipprovdu: “Artikolu 2 1. Il-Membri għandhom ikunu ħielsa u indipendenti. 2. Ftehim dwar ir-riżenja mill-kariga ta’ Membru qabel jew mat-tmiem ta’ mandat parlamentari jkunu nulli u bla effett. […] Artikolu 30 Dan l-Istatut għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-mandat parlamentari tal-Parlament Ewropew li jibda fl-2009.” |
Il-fatti li wasslu għall-kawża
8 |
Il-fatti li wasslu għall-kawża ġew esposti fid-digriet ikkontestat fil-punti 6 sa 17 kif ġej:
|
Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u d-digriet ikkontestat
9 |
Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fit-22 ta’ Ġunju 2007, B. Donnici ppreżenta rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE. B’att separat, huwa ressaq ukoll talba għal miżura provviżorja bil-għan li tinkiseb sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni. |
10 |
A. Occhetto u r-Repubblika Taljana tħallew jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Parlament u ta’ B. Donnici rispettivament. |
11 |
Insostenn tar-rikors tiegħu għal annullament, B. Donnici ppreżenta żewġ motivi. Minn naħa, huwa sostna li, billi adotta d-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament kien injora r-regoli u l-prinċipji li jistabbilixxu l-kompetenza tiegħu fil-qasam tal-verifika tal-kredenzjali tal-membri tiegħu. Min-naħa l-oħra, huwa kkontesta l-adegwatezza tal-motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. |
12 |
Fid-digriet ikkontestat, l-Imħallef għal miżuri provviżorji l-ewwel nett għamel eżami prima facie tal-mertu tal-motivi legali mressqa minn B. Donnici insostenn tar-rikors tiegħu għal annullament, sabiex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjoni dwar il-fumus boni juris kinitx ġiet sodisfatta. Wara li sar dan l-eżami, huwa kkunsidra li l-motiv rigward l-inkompetenza tal-Parlament sabiex jadotta d-deċiżjoni kkontestata huwa ta’ natura serja u ma jistax jiġi miċħud mingħajr eżami iktar dettaljat li għandu jsir mill-qorti li tiddeċiedi dwar il-mertu. Huwa b’hekk ikkonkluda li din il-kundizzjoni kienet ġiet sodisfatta fil-każ preżenti. |
13 |
Barra minn hekk, l-Imħallef għal miżuri provviżorji kkunsidra li s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni mitluba kienet neċessarja sabiex jiġi evitat dannu gravi u irreparabbli għall-interessi ta’ B. Donnici, fid-dawl b’mod partikolari tat-terminu limitat tal-mandat ta’ membru tal-Parlament u tal-impossibbiltà għal B. Donnici li jkompli jeżerċita l-mandat tiegħu li jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata. |
14 |
Fl-aħħar nett, l-Imħallef għal miżuri provviżorji wieżen l-interessi inkwistjoni u sostna li, fid-dawl tal-ugwaljanza apparenti bejn l-interessi speċifiċi u immedjati rispettivi ta’ B. Donnici u A. Occhetto, għandhom jiġu kkunsidrati interessi aktar ġenerali. B’hekk, billi għamel enfasi b’mod partikolari fuq l-interess tar-Repubblika Taljana sabiex tara li l-leġiżlazzjoni tagħha fil-qasam elettorali tiġi osservata mill-Parlament kif ukoll fuq il-karattru solidu u serju tal-argumenti ta’ B. Donnici, huwa kkonkluda li l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kienu sodisfatti u konsegwentement laqa’ t-talba ta’ B. Donnici f’dan is-sens. |
It-talbiet tal-partijiet
15 |
Permezz tal-appelli rispettivi tagħhom, A. Occhetto u l-Parlament jitolbu l-annullament tad-digriet ikkontestat. Insostenn tal-appelli tagħhom, huma jippreżentaw aggravji bbażati fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fumus boni juris kif ukoll fuq evalwazzjoni żbaljata għal dak li jirrigwarda l-urġenza u t-tweżin tal-interessi inkwistjoni. |
16 |
B. Donnici u l-Gvern Taljan jitolbu li l-appelli jiġu miċħuda. Fir-rigward tal-appell ta’ A. Occhetto, B. Donnici jitlob, prinċipalment, li dan jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
Fuq l-appell
Fuq l-ammissibbiltà tal-appell ta’ A. Occhetto
17 |
B. Donnici jsostni li jidher li l-appell ta’ A. Occhetto huwa essenzjalment ibbażat fuq l-argument li, fil-każ preżenti, ir-rinunzja għall-kariga ta’ membru parlamentari kienet ivvizzjata b’difett fil-kunsens, b’mod li din ir-rinunzja mhix valida, ħaġa li għandha tiġi kkonstatata mill-Parlament fl-istadju tal-verifika tal-kredenzjali. Issa, skont B. Donnici, A. Occhetto ma invoka l-eżistenza ta’ difett fil-kunsens la quddiem il-qrati nazzjonali u lanqas quddiem l-Imħallef għal miżuri provviżorji Komunitarju. Minn dan isegwi li l-appell ta’ A. Occhetto huwa essenzjalment ibbażat fuq elementi invokati għall-ewwel darba fil-proċedura preżenti ta’ appell. Barra minn hekk, il-verifika taċ-ċirkustanzi li fuqhom tista’ tiddependi l-eżistenza ta’ difett fil-kunsens tinvolvi konstatazzjoni u evalwazzjoni ta’ punti ta’ fatt, ħaġa li hija eskluża fl-istadju tal-appell. Għal dawn il-motivi, B. Donnici jitlob li l-appell ta’ A. Occhetto jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
18 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm, fil-kuntest tal-appell tiegħu, A. Occhetto ppreżenta sensiela ta’ kunsiderazzjonijiet dwar il-validità tar-rinunzja tiegħu għall-mandat ta’ membru parlamentari u għall-eżistenza ta’ difett fil-kunsens, jibqa’ l-fatt li dan l-appell huwa bbażat fuq sensiela ta’ aggravji bbażati, minn naħa, fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-1976 u, min-naħa l-oħra, fuq evalwazzjoni żbaljata għal dak li jirrigwarda l-urġenza u t-tweżin tal-interessi inkwistjoni. |
19 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li l-appell ta’ A. Occhetto huwa ammissibbli. |
Fuq l-aggravji bbażati fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fumus boni juris
20 |
Fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-fumus boni juris mill-Imħallef għal miżuri provviżorji, l-appellanti jressqu tliet aggravji, ibbażati, rispettivament:
|
Fuq l-aggravju bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 12 tal-Att tal-1976
— L-argumenti tal-appellanti
21 |
Skont A. Occhetto u l-Parlament, billi kkunsidra li, skont l-Artikolu 12 tal-Att tal-1976, il-Parlament għandu jillimita ruħu li jieħu nota tar-riżultati elettorali ddikjarati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u bħala prinċipju m’għandu l-ebda kompetenza sabiex jiżgura l-ħarsien mill-Istati membri tad-dritt Komunitarju, l-Imħallef għal miżuri provviżorji ta interpretazzjoni żbaljata ta’ din id-dispożizzjoni, mill-perspettiva kemm tal-kliem tagħha kif ukoll tal-kuntest ġenerali li fih taqa’. |
22 |
Għalkemm, b’mod konformi mal-Artikolu 12 tal-Att tal-1976, il-Parlament għandu biss “jieħu nota” tar-riżultati tal-verifiki tal-awtoritajiet nazzjonali, li jsiru fuq il-bażi tad-dritt tal-Istati Membri, jibqa’ l-fatt li huwa għandu setgħa awtonoma ta’ verifika fuq il-bażi tar-regoli tad-dritt Komunitarju. Fir-rigward ta’ proċedura segwita fil-kuntest ta’ formazzjoni ta’ istituzzjoni Komunitarja, jeżisti livell leġiżlattiv Komunitarju li għandu l-għan mhux li jarmonizza l-proċeduri nazzjonali, iżda li jistabbilixxi standard minimu li jippermetti li jiġu evitati distorsjonijiet dovuti għal differenzi bejn il-proċeduri nazzjonali. F’dan is-sens, l-Artikolu 12 tal-Att tal-1976 jagħti lill-Parlament is-setgħa li jiddeċiedi fuq il-kontestazzjonijiet ibbażati fuq id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-att. Din is-setgħa għandha neċessarjament tkun eżerċitata mhux biss fuq il-bażi tal-kontenut litterali ta’ dan l-att, iżda wkoll fuq il-bażi tal-prinċipji ġenerali li huwa bbażat fuqhom. |
23 |
Konsegwentement, kuntrarjament għal dak li kkunsidra l-Imħallef għal miżuri provviżorji, it-tieni sentenza tal-Artikolu 12 tal-Att tal-1976 m’għandhiex l-għan li tillimita s-setgħa tal-Parlament, iżda li tindika ż-żewġ metodi li fuqhom huwa strutturat l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa. Għalkemm, fir-rigward tal-verifika li saret fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-Parlament għandu jillimita ruħu li jieħu nota ta’ dan, huwa għandu setgħa sħiħa ta’ verifika fil-kuntest tad-dritt Komunitarju. |
24 |
Insostenn ta’ din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tal-Att tal-1976, l-appellanti fl-ewwel lok jinvokaw l-Artikolu 8 ta’ dan l-att, li fil-fehma tagħhom jikkonferma din l-istruttura fuq żewġ livelli tas-setgħa ta’ verifika tal-Parlament. Fil-fatt, billi tgħid li l-proċedura elettorali “għandha tkun irregolata, f’kull Stat Membru, bid-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu”, iżda “suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-att”, din l-aħħar dispożizzjoni tindika ż-żewġ parametri li fuq il-bażi tagħhom tiġi eżerċitata s-setgħa ta’ verifika. |
25 |
Fit-tieni lok, teżisti prattika istituzzjonali, fi ħdan il-Parlament, li turi b’mod inekwivoku t-tendenza tiegħu li jwettaq il-verifika tal-kredenzjali tal-membri tiegħu fid-dawl ta’ referenzi Komunitarji. |
26 |
Din il-prattika hija evidenti, minn naħa, mir-rapport tal-kumitat dwar ir-Regoli ta’ Procedura, il-verifika ta’ kredenzjali u immunitajiet tal-Parlament fuq l-emenda tal-Artikoli 7 u 8 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, dwar il-verifika tal-kredenzjali u t-tul tal-mandat parlamentari (A3-0166/94), artikoli korrispondenti, rispettivament, għall-Artikoli 3 u 4 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew attwalment fis-seħħ. |
27 |
Min-naħa l-oħra, l-appellanti jsostnu li, fl-Artikolu 2 tar-Riżoluzzjoni tiegħu fuq il-kontestazzjonijiet dwar il-validità tal-mandati parlamentari f’relazzjoni mas-“sistema tat-tourniquet” (ĠU 1983, C 68, p. 31), il-Parlament jafferma li “r-rikorsi kontra l-validità ta’ mandat ta’ membri ġodda jew il-kontestazzjonijiet dwar il-validità tal-mandati diġà vverifikati, fuq il-bażi ta’ riżervi ta’ natura ġuridika kontra s-sistema ta’ tourniquet, huma infondati”. Fi kwalunkwe każ, ikun inutli li tiġi stabbilita sistema kumplessa ta’ verifiki, strutturata fuq żewġ livelli, nazzjonali u Komunitarji, jekk imbagħad il-livell leġiżlattiv Komunitarju jkun ineżistenti u l-Parlament, fl-eżerċizzju tas-setgħa tiegħu ta’ verifika, jkollu sempliċement jieħu nota tar-riżultati ddikjarati fil-livell nazzjonali. |
28 |
Fit-tielet lok, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Lulju 2005, Le Pen vs Il-Parlament (C-208/03 P, Ġabra p. I-6051), u tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-, Le Pen vs Il-Parlament (T-353/00, Ġabra p. II-1729), li fuqhom ibbaża ruħu l-Imħallef għal miżuri provviżorji, ma jikkostitwixxux preċedent ġurisprudenzjali rilevanti għall-kawża li qed tiġi ttrattata hawnhekk. Fil-fatt, il-kawża li wasslet għal dawn is-sentenzi kienet tirrigwarda l-validità ta’ deċiżjoni li permezz tagħha l-Parlament kien ħa nota ta’ deliberazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li ġabet fi tmiem il-mandat parlamentari tal-parti kkonċernata u b’hekk kienet taqa’ fil-kuntest tal-Artikolu 13(2) tal-Att tal-1976, u mhux f’dak tal-Artikolu 12 tiegħu. Fi kwalunkwe każ, l-istorja tal-imsemmija kawża turi li d-delimitazzjoni tas-setgħet tal-Parlament f’każ ta’ tneħħija ta’ mandat parlamentari hija kwistjoni kumplessa li ma tistax tiġi evalwata fil-kuntest ta’ proċeduri għal miżuri provviżorji. |
— Kunsiderazzjonijiet
29 |
Preliminarjament, għandu jingħad li dan l-aggravju jqajjem il-kwistjoni tal-portata tas-setgħat ta’ verifika li jiddisponi minnhom il-Parlament taħt l-Artikolu 12 tal-Att tal-1976. Sabiex jiġi evalwat jekk l-Imħallef għal miżuri provviżorji bbażax ruħu fuq interpretazzjoni żbaljata ta’ din id-dispożizzjoni u, b’hekk, fuq evalwazzjoni mhux preċiża tal-portata ta’ dawn is-setgħat, għandhom jiġu eżaminati kemm il-kliem tal-imsemmija dispożizzjoni kif ukoll il-kuntest ġenerali li fih taqa’. |
30 |
F’dan ir-rigward, huwa l-ewwel nett importanti li jiġi mfakkar li l-Artikolu 12 tal-Att tal-1976 jipprovdi speċifikament li l-Parlament, għandu minn naħa “jieħu nota” tar-riżultati ddikjarati uffiċjalment mill-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, jista’ jiddeċiedi fuq il-kontestazzjonijiet eventwali biss “abbażi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-att”, u dan “bl-esklużjoni tad-dispożizzjonijiet li għalihom dan tal-aħħar jirreferi”. |
31 |
B’hekk jirriżulta li t-test tal-Artikolu 12 tal-Att tal-1976 prima facie jidher li huwa favur interpretazzjoni restrittiva tiegħu. F’dan ir-rigward, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-appellanti, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Le Pen vs Il-Parlament, iċċitata iktar ’il fuq, li fuqha bbaża ruħu l-Imħallef għal miżuri provviżorji, hija partikolarment rilevanti. Fil-fatt, l-espressjoni “jieħu nota” ġiet interpretata hemmhekk fil-kuntest tal-Att tal-1976 bħala li tindika n-nuqqas totali ta’ marġni ta’ diskrezzjoni tal-Parlament f’dan il-qasam (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Le Pen vs Il-Parlament, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50). |
32 |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-verifika tal-kredenzjali tal-membri tal-Parlament, l-Artikolu 12 tal-Att tal-1976 u l-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew jagħtu lil dan tal-aħħar is-setgħa li jiddeċiedi fuq il-validità tal-mandat ta’ kull wieħed mill-membri tiegħu eletti mill-ġdid kif ukoll fuq il-kontestazzjonijiet li jistgħu jitqajmu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-1976, iżda, rispettivament, “ bl-esklużjoni tad-dispożizzjonijiet li għalihom dan ta’ l-aħħar jirreferi” u “ħlief [għall-kontestazzjonijiet] ibbażati fuq il-liġijiet elettorali nazzjonali”. Issa, dawn l-esklużjonijiet ukoll jikkostitwixxu indikazzjonijiet ċari tal-fatt li l-Parlament mhuwiex ġeneralment kompetenti sabiex jiddeċiedi fuq il-legalità tal-proċeduri elettorali nazzjonali fid-dawl tad-dritt Komunitarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Le Pen vs Il-Parlament, punt 51). |
33 |
Barra minn hekk, l-argument li din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tal-Att tal-1976 twassal sabiex is-setgħat ta’ verifika li jiddisponi minnhom il-Parlament taħt dan l-artikolu jiġu mċaħħda minn kull sinjifikat m’għandux jintlaqa’. Fil-fatt, hekk kif l-Imħallef għal miżuri provviżorji ġustament ifakkar, il-Parlament għandu l-kompetenza kollha sabiex jiddeċiedi, fil-kuntest tal-imsemmi artikolu, fuq is-sitwazzjoni ta’ kandidat elett li għandu waħda mill-karigi inkompatibbli ma’ dik ta’ membru tal-Parlament imsemmija fl-Artikolu 7 tal-Att tal-1976. |
34 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-prattika istituzzjonali invokata mill-Parlament, u indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk prattika unilaterali ta’ istituzzjoni komunitarja tistax, waħedha, torbot lill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE jew tad-dritt Komunitarju sekondarju kkonċernati, biżżejjed jingħad li, fi kwalunkwe każ, il-provi invokati f’dan ir-rigward mill-Parlament, jiġifieri rapport tal-kumitat dwar ir-Regoli ta’ Proċedura, il-verifika ta’ kredenzjali u immunitajiet tal-Parlament li ilu li sar mill-1994 u riżoluzzjoni tal-1983, mhumiex suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ prattika istituzzjonali kostanti. |
35 |
Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi konkluż li l-Imħallef għal miżuri provviżorji ma wettaqx żball manifest ta’ liġi fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tal-Att tal-1976. |
36 |
L-aggravju preżenti għandu konsegwentement jiġi miċħud bħala infondat. |
Fuq l-aggravju bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 6 tal-Att tal-1976
37 |
Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Imħallef għal miżuri provviżorji wettaq żball ta’ liġi meta kkunsidra li l-Artikolu 6 tal-Att tal-1976 jagħti lill-Parlament il-kompetenza li jiggarantixxi l-eżerċizzju ħieles tal-mandat parlamentari biss lill-membri tal-Parlament li huma fil-kariga. B’hekk, l-eżerċizzju ħieles huwa żgurat biss fir-rigward tal-ftehimiet li għandhom effett fuq l-eżerċizzju tal-mandat ta’ membru tal-Parlament, iżda mhux fir-rigward tal-ftehimiet li jimpedixxu totalment l-eżerċizzju tal-mandat mixtieq mill-eletturi. |
38 |
Billi qiesu li, jekk l-Artikolu 6 tal-Att tal-1976 verament għandu bħala għan li jipproteġi l-libertà ta’ azzjoni tal-membri tal-Parlament, ma jkunx raġonevoli li l-portata tiegħu tiġi limitata biss għall-membri tal-Parlament li huma fil-kariga, l-appellanti jiffavorixxu interpretazzjoni teleoloġika tal-imsemmi Artikolu 6. Skont dawn, interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fid-dawl tal-għan tagħha għandha twassal sabiex hija tiġi applikata wkoll fir-rigward tal-kandidati li jidhru uffiċjalment fl-ordni ta’ klassifika postelettorali, peress li l-Parlament huwa potenzjalment kompost minn tali kandidati. |
39 |
F’dan il-kuntest, l-Artikolu 6 tal-Att tal-1976, li jeżiġi l-awtonomija tal-membri parlamentari u jistabbilixxi l-projbizzjoni tal-mandat li jorbot, jikkostitwixxi prinċipju ġenerali ta’ natura vinkolanti u għandu l-għan li jiggarantixxi l-funzjonament tajjeb tal-Parlament. Ir-referenza għal “dispożizzjonijiet ta’ dan l-att” kontenuta fl-Artikolu 12 tal-Att tal-1976 għandha b’hekk tikkonċerna neċessarjament il-prinċipji ġenerali li fuqhom huwa bbażat dan l-att u li huma inerenti għat-twettiq tajjeb tal-verifika tal-kredenzjali mill-Parlament. Dawn il-prinċipji, li jirriżultaw b’mod partikolari mill-Artikolu 6 ta’ dan l-att, fil-fatt jikkostitwixxu l-korollarju tal-prinċipju fundamentali stabbilit fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 għall-KEDB, li għandu natura obbligatorja, u li jistipula li l-istati kontraenti huma marbuta jorganizzaw elezzjonijiet ħielsa “f’kundizzjonijiet li jiżguraw l-espressjoni libera tal-opinjoni tal-poplu fuq l-għażla tal-korp leġiżlattiv” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
40 |
Insostenn ta’ din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Att tal-1976, l-appellanti minn naħa jinvokaw l-Artikolu 2 tal-Istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew, li, għalkemm għadu mhux fis-seħħ, jikkostitwixxi kodifikazzjoni tal-kontenut leġiżlattiv tal-imsemmi Artikolu 6 u, konsegwentement, tal-istat attwali tad-dritt Komunitarju f’dan il-qasam. Min-naħa l-oħra, huma jirreferu għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(5) u tal-Artikolu 4(3) u (9) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, u jsostnu li l-Imħallef għal miżuri provviżorji kellu jagħti każ ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Att tal-1976, u dan wassalhom għall-konklużjoni li l-prinċipji stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 6 japplikaw ukoll f’sitwazzjonijiet li jistgħu jkollhom effett fuq il-kompożizzjoni tal-Parlament. |
41 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, hekk kif l-Imħallef għal miżuri provviżorji ġustament ikkonstata, il-kliem tal-Artikolu 6 tal-Att tal-1976 jirreferu speċifikament għall-“membri tal-Parlament Ewropew”. Barra dan, l-imsemmi artikolu jirreferi għall-prerogattiva tal-vot tal-imsemmija membri, prerogattiva li, minnha nfisha, ma tistax tkun assoċjata mal-istatus ta’ kandidat iddikjarat uffiċjalment fl-ordni ta’ klassifika postelettorali. |
42 |
Bħala regola ġenerali, huwa ċertament minnu li l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju ma tistax tkun marbuta strettament mal-kliem tagħha mingħajr ebda rigward għall-kuntest u l-għan tagħha. Madankollu, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk l-użu ta’ tali metodu ta’ interpretazzjoni jistax iwassal għal interpretazzjoni contra legem fil-każ preżenti, għandu jiġi kkonstatat li l-provi invokati f’dan is-sens mill-appellanti ma jistgħux jistabbilixxu li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Att tal-1976 li għamel l-Imħallef għal miżuri provviżorji hija manifestament żbaljata. |
43 |
Fl-ewwel lok, anki jekk wieħed jissupponi li l-Artikolu 6 tal-Att tal-1976 huwa bbażat fuq ċerti prinċipji ġenerali, u b’mod partikolari fuq l-Artikolu 3 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 għall-KEDB, xorta jibqa’ l-fatt li jikkostitwixxi espressjoni konketa ħafna tagħhom. B’hekk jirriżulta li l-imsemmi Artikolu 6 waħdu ma jistax jistabbilixxi kompetenza ġenerali tal-Parlament sabiex jevalwa l-legalità tal-proċeduri elettorali tal-Istati Membri fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji kollha u tal-KEDB. |
44 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-Artikolu 2 tal-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew, għandu jingħad li r-raba’ premessa ta’ dan tal-aħħar jistabbilixxi li “l-libertà u l-indipendenza tal-Membri, li huma mħarsa fl-Artikolu 2 [ta’ dan l-istatut...] għandhom jirċievu protezzjoni statutorja”, peress li “m’humiex imsemmija fi kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi primarja”. Issa, dawn l-affermazzjonijiet, moqrija flimkien mal-ħames premessa ta’ dan l-istatut, li tispeċifika li l-Artikolu 3(1) tiegħu jirripproduċi fl-intier tagħhom id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) tal-Att tal-1976, jikkostitwixxu prima facie indizji ċari tal-fatt li l-Artikolu 2 tal-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew ma jikkostitwixxix kodifikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 6. |
45 |
Fit-tielet lok, l-Imħallef għal miżuri provviżorji ġustament ikkunsidra li, b’mod konformi mal-prinċipju tal-ġerarkija tar-regoli, dispożizzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew ma tistax tippermetti li ssir eċċezzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-1976. Fil-fatt, l-imsemmija regoli huma att ta’ organizzazzjoni interna li ma jistgħux jagħtu lill-Parlament kompetenzi li mhumiex espressament rikonoxxuti minn att leġiżlattiv, f’dan il-każ mill-Att tal-1976 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra, C-200/07 u C-201/07, Ġabra p. I-7929, punt 38). B’hekk jirriżulta li, għall-inqas fil-kuntest ta’ eżami dwar il-fumus boni juris, huma pjuttost id-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew li għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-kliem u tal-ispirtu tad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-1976, u mhux bil-kontra. |
46 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li d-digriet ikkontestat mhuwiex ivvizzjat minn żball manifest ta’ liġi għal dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Att tal-1976. |
47 |
Konsegwentement, dan l-aggravju wkoll għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
Fuq l-aggravju bbażat fuq żball ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-effett fuq id-deċiżjoni tal-Parlament dwar il-verifika tal-kredenzjali ta’ B. Donnici tal-allegata illegalità tad-deċiżjoni tal-uffiċċju elettorali Taljan li ddikjarat lil B. Donnici membru tal-Parlament
48 |
Fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-effett fuq id-deċiżjoni tal-Parlament dwar il-verifika tal-kredenzjali ta’ B. Donnici tal-allegata illegalità tad-deċiżjoni tal-uffiċċju elettorali Taljan li tiddikjara lil dan tal-aħħar membru tal-Parlament, il-motivazzjoni tad-digriet ikkontestat hija żbaljata u kontradittorja. B’mod partikolari, il-Parlament jikkunsidra li, sabiex jiċħad l-argumenti tiegħu li d-deċiżjoni fuq il-verifika tal-kredenzjali tkun hi stess ivvizzjata b’illegalità jekk hija tkun ibbażata fuq att nazzjonali illegali, l-Imħallef għal miżuri provviżorji bbaża ruħu fuq preċedenti ġurisprudenzjali irrilevanti, jiġifieri s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Diċembru 1992, Oleificio Borelli vs Il-Kummissjoni (C-97/91, Ġabra p. I-6313, punti 10 sa 12), u d-digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-, Kronberger vs Il-Parlament (T-18/07 R, Ġabra p. II-50, punti 38 sa 40), minflok ikkunsidra s-sentenza tat-, L-Iżvezja vs Il-Kummissjoni (C-64/05 P, Ġabra p. I-11389). |
49 |
Skont il-Parlament, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, ġiet irrifjutata l-validazzjoni tal-mandat ta’ persuna magħżula mill-awtoritajiet nazzjonali għar-raġuni li din id-deċiżjoni kienet tmur kontra l-prinċipju tal-mandat ħieles, fir-rigward ta’ regola li, testwalment, hija indirizzata lill-Parlament u jagħtiha setgħa ta’ kontroll. Fil-fatt, ikun assurd li jiġi ammess, minn naħa, li l-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi nazzjonali huma obbligati japplikaw id-dritt Komunitarju, billi eventwalment jinjoraw regoli nazzjonali li jmorru kontrih, u, min-naħa l-oħra, li l-Parlament m’għandux setgħa bħal din. |
50 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġu mfakkar li, fis-sentenza Oleificio Borelli vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, li kienet tikkonċerna b’mod partikolari l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 355/77/KEE tal-15 ta’ Frar 1977 dwar il-miżuri komuni għat-titjib tal-kundizzjonijiet li taħthom il-prodotti tal-agrikoltura jiġu pproċessati u kkummerċjalizzati [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 51, p. 1), il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li proġettt jista’ jibbenefika minn għajnuna tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija biss jekk dan ikollu l-approvazzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandu jiġi eżegwit u li, konsegwentement, f’każ ta’ nuqqas ta’ approvazzjoni, il-Kummissjoni la tista’ tkompli bil-proċedura ta’ eżami tal-proġett skont ir-regoli stipulati minn dan ir-regolament u lanqas a fortiori ma tista’ tistħarreġ ir-regolarità tal-opinjoni mogħtija b’dan il-mod. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-irregolaritajiet li din l-opinjoni tkun eventwalment ivvizzjata bihom ma jistgħux, fi kwalunkwe każ, jaffettwaw il-validità tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni tirrifjuta l-għajnuna mitluba (sentenza Oleificio Borelli vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 11 u 12). |
51 |
Billi bbaża ruħu fuq din il-ġurisprudenza, l-Imħallef għal miżuri provviżorji kkunsidra li, meta att nazzjonali huwa integrat f’proċedura deċiżjonali Komunitarja u, minħabba t-tqassim tal-poteri li sar fil-qasam ikkunsidrat, jorbot l-awtorità Komunitarja li tkun imsejħa tiddeċiedi b’tali mod li dan l-att nazzjonali jiddetermina d-deċiżjoni Komunitarja li għandha tiġi adottata, l-irregolaritajiet li eventwalment jivvizzjaw l-imsemmi att nazzjonali fl-ebda każ ma jistgħu jaffettwaw il-validità tad-deċiżjoni ta’ din l-awtorità Komunitarja. Issa, dan it-tagħlim jirriżulta b’mod ċar mill-punti 10 sa 12 tas-sentenza Oleificio Borelli vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, u huwa rilevanti għal dan il-każ, l-iktar jekk wieħed jikkunsidra b’mod partikolari t-tqassim tas-setgħat hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 12 tal-Att tal-1976. |
52 |
Għall-kuntrarju, fil-punt 93 tas-sentenza L-Isvezja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, li tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43), il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-regolament m’għandux bħala għan li jintroduċi tqassim bejn żewġ setgħat, waħda nazzjonali u l-oħra Komunitarja, li jkollhom għanijiet distinti iżda tistabbilixxi proċess deċiżjonali li għandu bħala għan waħdieni li jiddetermina jekk l-aċċess għal dokument għandux jiġi rrifjutat skont waħda mill-eċċezzjonijiet materjali msemmija fl-Artikolu 4(1) sa (3) tal-imsemmi regolament, proċedura deċiżjonali li għaliha jipparteċipaw kemm l-istituzzjoni Komunitarja kif ukoll l-Istat Membru kkonċernat. |
53 |
B’hekk jirriżulta li billi jinvoka din l-aħħar sentenza, il-Parlament isostni li l-Artikolu 12 tal-Att tal-1976 jipprovdi mhux għal tqassim tas-setgħat bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Parlament kif ukoll l-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat fil-kuntest ta’ proċeduri distinti, iżda proċess deċiżjonali wieħed li fih jipparteċipaw kemm il-Parlament kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali. Issa, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet spjegati fil-punti 29 sa 34 tad-digriet preżenti, dan prima facie ma jidhirx li huwa l-każ. |
54 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi konkluż li d-digriet ikkontestat mhuwiex ivvizzjat bi żball ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-effett tal-allegata illegalità tad-deċiżjoni tal-uffiċċju elettorali Taljan li tiddikjara lil B. Donnici bħala membru tal-Parlament fuq id-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar dwar il-verifika tal-kredenzjali ta’ B. Donnici. |
55 |
Dan l-aggravju għandu konsegwentement jiġi miċħud bħala infondat. |
Fuq l-aggravju bbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-urġenza
56 |
Il-Parlament isostni li l-evalwazzjoni tal-urġenza li wettaq l-Imħallef għal miżuri provviżorji hija vvizzjata bi żball ta’ liġi, għar-raġuni li din hija bbażata biss fuq id-dannu eventwali li jbati minnu B. Donnici, mingħajr ma ttieħed inkunsiderazzjoni d-dannu eventwali lir-rappreżentanza politika. Skont il-Parlament, fin-nuqqas ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, is-siġġu parlamentari jibqa’ jiġi okkupat minn persuna li għandha l-istess orjentazzjoni politika bħal B. Donnici. Minn dan isegwi li l-interess ta’ dan tal-aħħar ma jkunx tali li jiġġustifika li tkun ordnata s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata mill-perspettiva tar-rappreżentanza politika. |
57 |
F’dan ir-rigward, biżżejjed jiġi mfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-għan tal-proċeduri għal miżuri provviżorji huwa li jiġi ggarantit li s-sentenza li tittieħed fuq il-mertu tkun effettiva kemm jista’ jkun. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, jeħtieġ li l-miżuri mitluba jkunu urġenti, fis-sens li jkun neċessarju, sabiex jiġi evitat dannu gravi u irreparabbli lill-interessi tar-rikorrenti, li huma jkunu ddikjarati u li l-effetti tagħhom joħorġu qabel id-deċiżjoni fil-kawża prinċipali [digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Marzu 1999, Willeme vs Il-Kumissjoni, C-65/99 P(R), Ġabra p. I-1857, punt 62]. |
58 |
Minn dan jirriżulta li sabiex jevalwa l-urġenza tal-miżuri mitluba, l-Imħallef għal miżuri provviżorji kellu jikkunsidra l-interessi biss tal-appellanti, u b’mod partikolari l-eżistenza ta’ riskju li dannu gravi u irreparabbli jkun ikkawżat lil dawn l-intessi, mingħajr ma tingħata attenzjoni lil elementi oħra ta’ natura ġenerali bħal, fil-każ preżenti, il-kontinwità tar-rappreżentanza politika, elementi li fil-każ preżenti, jistgħu jittieħdu biss inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni. |
59 |
Konsegwentement, l-aggravju tal-Parlament dwar l-evalwazzjoni tal-urġenza għandu wkoll ikun miċħud bħala infondat. |
Fuq l-aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq fil-kuntest tal-ibbilanċjar tal-interessi
60 |
Permezz tal-aħħar aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li, fl-ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni, l-Imħallef għal miżuri provviżorji wettaq żball ta’ liġi. Insostenn ta’ dan l-argument, huma jressqu tliet ilmenti. |
61 |
Fl-ewwel lok, l-appellanti jikkunsidraw li l-Imħallef għal miżuri provviżorji wettaq żball ta’ evalwazzjoni meta kkunsidra li l-interessi ta’ B. Donnici u ta’ A. Occhetto huma l-istess. Billi għamel dan, huwa allegatament naqas milli jislet il-konklużjonijiet neċessarji mill-fatt li A. Occhetto kien kiseb l-ikbar numru ta’ voti ta’ preferenza u, konsegwentement, kellu interess preeminenti fil-konfront ta’ dak ta’ B. Donnici għal dak li jirrigwarda l-eżerċizzju tal-mandat parlamentari. |
62 |
Fit-tieni lok, l-Imħallef għal miżuri provviżorji ma kkunsidrax l-interess pubbliku li jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ leġittimità politika tal-Parlament, leġittimità li hija bbażata fuq is-suffraġju popolari. Issa, fil-każ preżenti, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-interess pubbliku kellu jwassal lill-Imħallef għal miżuri provviżorji sabiex jirrifjuta s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, peress li din il-miżura timplika li tokkupa l-kariga fil-Parlament dik il-persuna li tkun kisbet l-inqas voti u, b’hekk, li titnaqqas il-leġittimità politika tal-Parlament. Fi kwalunkwe każ, anki f’każ ta’ deċiżjoni fuq il-mertu favorevoli għal B. Donnici, ir-rifjut li tiġi ordnata s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma kkawżax dannu irreparabbli għal-leġittimità politika tal-Parlament, peress li, fil-perijodu bejn id-deċiżjoni għal miżuri provviżorji u d-deċiżjoni fuq il-mertu, dan ikollu fost il-membri tiegħu persuna li jkollha iktar leġittimità permezz tas-suffraġju popolari. |
63 |
Fit-tielet lok, l-appellanti jikkunsidraw li d-digriet ikkontestat huwa vvizzjat bi żball ta’ liġi peress li l-Imħallef għal miżuri provviżorji allegatament uża l-fumus boni juris sabiex jevalwa l-eżistenza tal-urġenza u l-preeminenza tal-interessi ta’ B. Donnici. Fil-fatt, skont dawn, anki jekk il-ġurisprudenza tidher li taċċetta l-possibbiltà ta’ ċerta tpaċija reċiproka bejn l-element ta’ fumus boni juris u dak tal-urġenza, xorta jibqa’ l-fatt li ma jkunx possibbli li l-preżenza ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ elementi tkun suffiċjenti sabiex jiġi paċut in-nuqqas totali tal-ieħor. |
64 |
Issa, skont l-appellanti, fil-kuntest tal-ibbilanċjar tal-interessi, l-Imħallef għal miżuri provviżorji kellu jikkonkludi li kien hemm nuqqas totali ta’ urġenza fil-każ preżenti. F’dan ir-rigward, huma jinvokaw id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Lulju 2003, Le Pen vs Il-Parlament (C-208/03 P-R, Ġabra p. I-7939, punt 106), li minnu jirriżulta li, fil-kuntest tal-ibbilanċjar tal-interessi rilevanti, l-Imħallef għal miżuri provviżorji għandu jeżamina jekk l-annullament eventwali tal-att kontenzjuż mill-qorti fuq il-mertu jippermettix li tinqaleb is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-eżekuzzjoni immedjata ta’ dan l-att u, għall-kuntrarju, jekk is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-imsemmi att tkunx tali li tostakola l-effettività sħiħa ta’ dan tal-aħħar fil-każ fejn ir-rikors fuq il-mertu jkun miċħud. Issa, li kieku, fil-każ preżenti, l-Imħallef għal miżuri provviżorji kien wettaq it-tieni parti ta’ din l-evalwazzjoni, kien neċessarjament jasal għall-konklużjoni li s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tista’ biss tippreġudika l-effettività sħiħa ta’ din id-deċiżjoni fis-sitwazzjoni fejn ir-rikors għal annullament ikun miċħud. Minn dan isegwi li l-eżistenza ta’ element ta’ urġenza huwa assolutament insuffiċjenti fil-każ preżenti. |
65 |
F’dan ir-rigward, għandu jingħad li l-Imħallef għal miżuri provviżorji, inizjalment, ikkonstata li, f’każ ta’ annullament tad-deċiżjoni kkontestata mill-qorti fuq il-mertu, id-dannu li jiffaċċja B. Donnici jekk ma tiġix sospiża l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni jkun irreparabbli, imbagħad ipproċeda bl-ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni, fejn l-ewwel nett enfasizza l-interess ta’ A. Occhetto fl-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, li timplika ż-żamma tal-mandat ta’ dan tal-aħħar. Skont l-Imħallef għal miżuri provviżorji, jekk l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tista’ tikkawża dannu irreversibbli lil B. Donnici, għall-kuntrarju, l-istess riskju jeżisti għal A. Occhetto f’każ ta’ ammissjoni tat-talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni, fid-dawl tal-probabbiltà li sentenza eventwali li tiċħad ir-rikors fuq il-mertu tingħata biss wara li tkun għaddiet il-parti l-kbira, jekk mhux it-totalità, tal-kumplament tal-mandat tiegħu. |
66 |
Peress li b’hekk wasal għall-konklużjoni li teżisti ugwaljanza bejn l-interessi speċifiċi u immedjati rispettivi ta’ B. Donnici u A. Occhetto, l-Imħallef għal miżuri provviżorji kompla bir-raġunament tiegħu billi ħa inkunsiderazzjoni l-interessi iktar ġenerali li, f’ċirkustanzi bħal dawn, għandhom importanza partikolari. F’dan ir-rigward, huwa kkunsidra li, għalkemm huwa inkontestabbli li r-Repubblika Taljana għandha interess sabiex tara li l-leġiżlazzjoni tagħha fil-qasam elettorali tiġi osservata mill-Parlament, dan tal-aħħar għandu interess ġenerali fiż-żamma fis-seħħ tad-deċiżjonijiet tiegħu. Madankollu, huwa kkunsidra li l-ebda waħda minn dawn l-interessi ma jipprevalu fl-ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni. |
67 |
B’hekk huwa biss wara li kkonstata din l-ugwaljanza bejn l-interessi inkwistjoni, kemm speċifiċi kif ukoll ġenerali, li l-Imħallef għal miżuri provviżorji kkunsidra l-karattru serju tal-aggravji invokati minn B. Donnici sabiex jammetti fumus boni juris billi bbaża ruħu, f’dan ir-rigward, fuq ġurisprudenza stabbilita sew, jiġifieri d-digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Frar 2001, L-Awstrija vs Il-Kunsill (C-445/00 R, Ġabra p. I-1461, punt 110); tal-, NDC Health vs IMS Health u Il-Kumissjoni [C-481/01 P(R), Ġabra p. I-3401, punt 63], kif ukoll Le Pen vs Il-Parlament, iċċitata iktar ’il fuq (punt 110). |
68 |
Għandu jiġi kkonstatat li l-argumenti mressqa mill-appellanti ma jpoġġux fid-dubju din l-analiżi tal-Imħallef għal miżuri provviżorji. |
69 |
F’dan ir-rigward, għandu jingħad li, minn naħa, l-ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni li għamel l-Imħallef għal miżuri provviżorji wasslu sabiex jikkonstata ugwaljanza bejn l-interessi speċifiċi ta’ B. Donnici u ta’ A. Occhetto. Issa, din l-ugwaljanza ta’ interessi ma tistax tkun ekwivalenti għal nuqqas ta’ urġenza. Għall-kuntrarju, ir-riskju ta’ dannu irreparabbli, l-uniku kriterju tal-urġenza, huwa preżenti f’dan il-każ kemm għal B. Donnici kif ukoll, f’każ ta’ ammissjoni tat-talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, għal A. Occhetto. |
70 |
Min-naħa l-oħra, kuntrarjament għal dak li jallegaw l-appellanti, l-Imħallef għal miżuri provviżorji evalwa l-interessi aktar ġenerali tal-Parlament, u b’mod partikolari l-interess tiegħu li jinżammu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tiegħu. Madankollu, minflok ma kkunsidra dawn l-interessi b’mod iżolat, huwa ġustament weżinhom mal-interess tar-Repubblika Taljana li tara li l-leġiżlazzjoni tagħha fil-qasam elettorali tiġi osservata mill-Parlament. L-istess jgħodd fir-rigward tal-leġittimità politika tal-Parlament u l-interess tiegħu li jokkupa l-kariga l-kandidat li kiseb l-aktar voti. Għalkemm il-preżenza ta’ interess bħal dan ma tistax tiġi kkontestata, dik tar-Repubblika Taljana li jokkupaw il-kariga fil-Parlament Ewropew il-membri parlamentari Taljani eletti skont il-proċeduri elettorali nazzjonali u pproklamati minn waħda mill-ogħla awtoritajiet ġudizzjarji ta’ dan l-Istat Membru ma tistax tiġi injorata. |
71 |
Konsegwentement, l-aggravju tal-appellanti bbażat fuq żball ta’ liġi fil-kuntest tat-tweżin tal-interessi inkwistjoni għandu wkoll jiġi miċħud bħala infondat. |
72 |
Peress li l-aggravji kollha ġew miċħuda, l-appell għandu jiġi miċħud. |
Fuq l-ispejjeż
73 |
Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura tal-appell skont l-Artikolu 118 ta’ dawn l-istess Regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-appellanti tilfu, huma għandhom jiġu ordnati jbati l-ispejjeż ta’ B. Donnici, kif mitlub minn dan tal-aħħar. |
Għal dawn il-motivi, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jordna: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.