Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CO0440

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta' Ġunju 2010.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs Schneider Electric SA.
    Appell - Annullament parzjali tas-sentenza appellata - Kawża fi stat li tiġi deċiża - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Évalwazzjoni tad-dannu.
    Kawża C-440/07 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2010:324





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Ġunju 2010 – Il‑Kummissjoni vs Schneider Electric

    (Kawża C‑440/07 P)

    “Appell – Annullament parzjali tas-sentenza appellata – Kawża fi stat li tiġi deċiża – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – Évalwazzjoni tad‑dannu”

    1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu - Evalwazzjoni - Kriterji - Kumpens għal diversi spejjeż sostnuti minn impriża wara l-annullament ta’ deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni u ta’ deċiżjoni li tordna s-separazzjoni tal-entitatjiet magħquda (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 41-50)

    2.                     Proċedura - Spejjeż - Regoli applikabbli (ara l-punti 51-53)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla Estiża) (li saret il-Qorti Ġenerali)tal-11 ta’ Lulju 2007, Schneider Electric vs Il-Kummissjoni (T‑351/03), li biha l-Qorti Ġenerali kkundannat lill-Komunità Ewropea tikkumpensa, minn naħa, l‑ispejjeż li sostniet Schneider Electric minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fit‑tkomplija tal-proċedura ta’ investigazzjoni ta’ konċentrazzjoni li seħħet wara l-għoti tas-sentenzi tal‑Qorti tal-Prim’Istanza tat-22 ta’ Ottubru 2002, Schneider Electric vs Il‑Kummissjoni (T‑310/01 u T‑77/02) u, min-naħa l-oħra, żewġ terzi tad‑dannu subit minn Schneider Electric minħabba l-ammont ta’ tnaqqis tal-prezz tat-trasferiment ta’ Legrand SA li Schneider Electric kellha tagħti lill-akkwirent bħala korrispettiv għall-posponiment tat-terminu għat-twettiq effettiv tal-bejgħ ta’ Legrand sal-10 ta’ Diċembru 2002 - Kundizzjonijiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Kunċetti ta’ nuqqas, ta’ dannu u ta’ rabta kawżali diretta bejn in-nuqqas imwettaq u d-dannu subit - Ksur “suffiċjentement serju” tad-dritt Komunitarju li jivvizzja proċedura ta’ kontroll tal-kompatibbiltà ta’ konċentrazzjoni mas-suq komuni.

    Dispożittiv

    1)

    L-ammont tad-dannu li jista’ jiġi kkumpensat imsemmi fil-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tas-16 ta’ Lulju 2009, Il-Kummissjoni vs Schneider Electric (C‑440/07 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), huwa stabbilit għas-somma ta’ EUR 50 000.

    2)

    It-talba ta’ Schneider Electric SA dwar l-ispejjeż hija miċħuda.

    Top